Lecce kisbu draw sorprendenti għal kollox ta’ 2-2 biex b’hekk ikomplu jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni fliwaqt li Lazio b’dan ir-riżultat jinsabu f’pożizzjoni inqas favorerevoli sabiex jagħmluha mal-ewwel erbgħa.
Lazio fetħu l-iskor bla ebda diffikulta’ fil-34 minuta permezz ta’ Ciro Immobile minn suġġeriment tal-midfielder Spanjol Luis Alberto.
Lecce rnexxielhom jaħsdu lil-avversarji tagħhom ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl minn Remi Oudin li għeleb lil Provedel b’xutt bix-xellug minn pass ta’ Gendrey.
Lecce marru bil-vantaġġ fil-51 minuta meta Remi Oudin kiseb id-doppjetta personali tiegħu minn pass preċiż ta’ Strefezza.
Lazio rnexxielhom jiksbu d-draw fl-aħħar minuti tal-partita permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Sergej Milinkovic-Savic minn kross devjat ta’ Pedro.
//= $special ?>