Il-kampjonat Serie A qiegħed jilħaq it-tmiem tiegħu, madankollu ħafna timijiet għadhom irridu jiddeterminaw il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika u l-prestazzjoni tagħhom fil-kampjonat dis-sena.
Nagħtu ħarsa lit timijiet li jinsabu jiġġieldu għal-ewwel erbgħa postijiet fil-kampjonat, b’Napoli diġa kkonfermaw ruħhom fl-ewwel post bħala ċ-champions tal-kampjonat, fejn issa jmisshom jaffrontaw lil Monza fi Stadio Brianteo nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fit-3pm.
Lazio li jinsabu fit-tielet post se jaffrontaw lil Lecce li jinsabu f’pożizzjoni xejn komda hekk kif qedin fis-16-il post, b’4 punti biss il-fuq miż-żona ta’ relagazzjoni.
Le Aquile qed jittamaw li jiksbu tlett punti faċli kontra l-avversarji tagħhom, madankollu riżultat pożittiv għal Lecce jista’ jiswa ħafna iżjed u bla dubju li se jkunu avversarju diffiċli għat-tim mill-kapitali.
Juventus se jaffrontaw lil Cremonese fl-Allianz Stadium nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fid-8:45pm wara li lagħbu iktar kmieni din il-ġimgħa kontra Sevilla fis-semi finali tal-UEFA Europa Leagur bl-iskor finali jkun dak ta’ parità ta’ 1-1.
Il Bianconeri elevaw ruħhom għat-tieni post wara li rebħu l-aħħar partita barra minn darhom kontra Atalanta bl-iskor ta’ 2-0, biex issa jinsabu b’ 66 punt, b’żewġ punti iktar minn Lazio, filwaqt li Cremonese jinsabu fid-19-il post b’24 punt.
Inter beħsiebhom ikomplu fuq il-forma impressjonanti li għaddejin biha sew fil-kampjonat kif ukoll fil-UEFA Champions League hekk kif se jaffrontaw lil Sassuolo f’ San Siro s-Sibt 13 ta’ Mejju fid-8:45pm.
Inter jinsabu fir-raba’ post, b’żewġ punti iktar minn Milan li wara li sofrew telfa kontra Inter fis-semi finali tal-UEFA Champions League nħar l-Erbgħa, se jkunu qed jilgħabu kontra Spezia barra minn darhom fis-6:00pm.
Partit fil-ġranet li ġejjin:
Illum
Lazio v Lecce 8:45pm
Għada:
Salernitana v Atalanta 3:00pm
Spezia v Milan 6:00pm
Inter v Sassuolo 8:45pm
Il-Ħadd
Hellas Verona v Torino 12:30pm
Fiorentina v Udinese 3:00pm
Monza v Napoli 3:00pm
Bologna v Roma 6:00pm
Juventus v Cremonese 8:45pm
It-Tnejn
Sampdoria v Empoli 8:45pm
//= $special ?>