Fuq il-Facebook Page tal-UĦM ġie żvelat dak li seħħ dalgħodu fl-uffiċini ta’ Transport Malta wara li parti mill-binja spiċċat mgħarqa.
Il-UĦM iddeskriviet dak li ġara bħala “sitwazzjoni tal-biki” fl-uffiċċji ta’ Transport Malta fl-A3 Towers f’Raħal Ġdid, fejn infaqgħet katusa tad-drenaġġ u waqa’ parti mis-suffett. B’xorti tajba jidher illi ma kienx hemm ħaddiema meta seħħ dan kollu.
Il-UĦM Voice of the Workers qalet illi ilha twissi dwar din is-sitwazzjoni, imma dan kollu waqa’ fuq widnejn torox. Kien għalhekk li l-UHM iddikjarat tilwima industrijali biex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u mhux teskludi li tħarrax l-azzjonijiet jekk il-problemi ma jkunux indirizzati.
//= $special ?>