Sport Sport Ieħor

Softball: Mellieħa Northenders Champions ta’ Slowpitch League

Mellieħa Northenders huma ċ-champions il-ġodda tal-kampjonat Slowpitch tas-Softball wara li fil-fianli minn tliet logħbiet għelbu lil Venezuelan Mustangs 13-12.

L-ewwel partita rebħuwha Venezuelan Mustangs 15-8 biex Mellieħa mbagħad rebħu l-partita ta’ wara 10-7.

Il-logħba deċiżiva kienet waħda missielta għall-aħħar tant li kellha tmur f’extra inning. Mellieħa ħadu vantaġġ b’inside-the-park Grand Slam mill-aqwa minn Steven Grima. Sal-ħames inning Venezuela kienu 12-6 minn fuq iżda l-Mellieħin ma’ qatgħux qalbhom u wettqu reazzjoni biex ġabu l-iskor indaqs 12-12.

Il-logħba marret f’inning żejda u fl-aħħar tad-disa’ inning, kienet trippla ta’ Masashi Suzuki li waslet lil Mellieħa
f’pozzijoni vantaġjata b’ Lino Carbonell issiġilla l-logħba b’single walk-off, biex Matt Borg irnexielu jagħmel ir-run tar-rebħa għal Mellieħa bl-iskor finali ta’ 13-12.

Fi tmiem il-konfront, Mellieħa Northenders ġew preżentati bit-trofew ta’ champions tas-Slowpitch League.