Madwar nofs miljun persuna kienu evakwati għal żoni iktar siguri f’Bangladsesh fost biża’ li ċ-ċiklun Mocha se jolqot lill-pajjiż b’mod mill-iktar perikoluż.
It-tħassib huwa li dan iċ-ċiklun jolqot l-akbar kamp tar-refuġjati fid-dinja fejn fih jgħixu madwar miljun persuna.
S’sissa diġà niżlet ammont kbir ta’ xita f’dan il-kap fejn filfatt ttellgħu bnadar ħomor bħala twissija għal dan il-maltemp li msitenni jaħkem il-pajjiż.
Iċ-ċiklun Mocha jista’ jkun l-iktar maltempata qawwija li taħkem lill-Bangladesh f’dawn l-aħħar għoxrin sena. Hekk kif dan iċ-ċiklun qiegħed kulma jmur jersaq lejn il-kosta ta’ Myanmar, bl-ajruporti li jinsabu fil-viċinanzi kellhom jingħalqum filwaqt li s-sajjieda kellhom jiefqu minn xgħolhom.
//= $special ?>