Il-Kummisarju tal-Pulizija Angelo Gafà injora kompletament talba li saret mill-ġurnal ‘In-Nazzjon’ għal intervista biex iwieġeb domandi diretti rigward diversi temi jaħarqu li qed jiddominaw l-aħbarijiet bħalissa – ewlenin fosthom il-kwistjoni marbuta mad-deal frawdolenti tal-isptarijiet.
Il-Ħamis waranofsinhar, ‘In-Nazzjon’ bagħat talba għal intervista direttament mal-Kummissarju tal-Pulizija. Iżda wara jumejn, din it-talba baqgħet mhix imwieġba. Bil-Kummissarju jżomm skiet assolut dwar il-każ ta’ Vitals u Steward, u diversi kwistjonijiet oħrajn li huma kurrenti.
Fost id-domandi li għandu jwieġeb għalihom Angelo Gafà, hemm dawk relatati mal-akkużi ta’ indħil politiku u l-pressjoni kontinwa li qed issir minn Kastilja.
Hemm ukoll domandi li għadhom pendenti rigward il-fatt li l-persuni imsemmija fis-sentenza tal-Qorti dwar id-deal tal-isptarijiet għadhom ma ġewx investigati.
Iżda quddiem dawn it-temi kollha, il-Kummissarju naqas milli jwieġeb għall-korrispondenza ta’ ‘In-Nazzjon’ biex iwieġeb id-domandi.
//= $special ?>