Internazzjonali

Ippubblikat ritratt tal-Monarkija Ingliża

Ir-Re Charles it-Tielet immarka l-inkurunazzjoni tiegħu permezz ta’ ritratt uffiċjali tal-famlja rjali li fih jidher flimkien mal-Prinċep William u ibnu l-Prinċep George li huma t-tnejn eredi għat-tron.

Ir-ritratt tal-monarkija Ingliża ttieħed f’Buckingham Palace dakinhar li saret l-inkurunazzjoni tar-Re l-ġdid f’Westminister Abbey is-Sibt li għadda.   

Ir-ritratt juri lir-Re Charles bilqiegħda fuq siġġu tat-tron li jmur lura għas-sena 1902.. l-istess siġġu li kien intuża fil-koronazzjoni tar-Re Edward VII u li mbagħad intuża mir-Re George V u r-Reġina Mary.