“L-Awtorità tal-Ippjanar dejjem qed tkun riġida maż-żgħir u flessibbli mal-kbir. Hemm bżonn li l-ippjanar ipoġġi lin-nies fiċ-ċentru tad-deċiżjonijijet li jittieħdu u li dawn jiġu dejjem qabel il-profitti u l-poter.”
Dan kien il-messaġġ tal-ADPD waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt quddiem l-uffiċju tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Floriana.
L-ADPD qalet li fejn hemm proġetti ta’ spekulaturi magħrufa, il-flessibilità tal-Awtorità tal-Ippjanar hi kważi bla limitu tant li jirnexxielha tiġġustifika kważi kollox.
Deċiżjoni li ħarġet din il-ġimgħa kienet dwar żvilupp fil-Mellieħa fejn il-Qorti tal-Appell ħassret permess ta’ żvilupp għal lukanda f’żona fejn ma kinitx tista’ tinbena. Hawnhekk kien il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ressaq dan l-appell. Dan kien każ fejn il-parir oriġinali biex din l-applikazzjoni tiġi rifjutata kien injorat kemm mill-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp kif ukoll mill-EPRT
L-ADPD spjegat li sakemm kien deċiż l-appell il-lukanda tal-Mellieħa tħalliet tinbena biex issa għalkemm hi lesta hi bla permess. L-ADPD qalet li issa qed tistenna li jitwaqqgħu żewġ sulari minn dawk li nbnew bla wisq dewmien.
//= $special ?>