Internazzjonali

Tkompli tikber l-oppożizzjoni kontra Erdogan

Il-President Tork Tayyip Erdogan jinsab f’taqtigħa kontra Oppożizzjoni li ngħaqdet kontrih għall-elezzjoni li se ssir il-Ħadd. Dan hekk kif il-poplu Tork qed ikun imsejjaħ sabiex jivvota f’elezzjoni ġenerali.

Ir-rivali ewlieni ta’ Erdogan, Kemal Kilicdaroglu, il-Ġimgħa indirizza numru kbir ta’ partitarji, akkumpanjat minn alleati politiċi oħra li ngħaqdu f’daqqa f’forza waħda kontra Erdogan. 

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri li Kilicdaroglu jinsab kemmxejn fuq quddiem fejn qed tikber dejjem it-tama li joħroġ rebbieħ b’iktar minn 50% tal-voti fl-elezzjoni tal-Ħadd. Dan sabiex ma jkollux jaffaċċja elezzjoni oħra imsejħa ‘run-off’ ġimgħatejn oħra.