Internazzjonali

Zelensky jiltaqa’ ma’ Papa Franġisku

Is-Sibt filgħodu l-President Ukren Volodymyr Zelensky beda żjara fil-kapitali Taljana fejn iltaqa’ mal-President Sergio Mattarella kif ukoll mal-Prim Ministru Giorgia Meloni fejn iż-żewġ mexxejja tennew is-sostenn kollu tal-Italja matul din l-invażjoni mir-Russja

Waqt dawn il-lagħat Zelensky irrigrazza lill-Italja għall-appoġġ kontinwu tagħha f’din il-gwerra kif ukoll għall-assitenza militari. Huwa qal li l-Italja minn dejjem kienet u għadha fuq in-naħa t-tajba u fuq in-naħa tal-verità.

Italian Prime Minister Giorgia Meloni receives Ukraine’s President Volodymyr Zelensky at Chigi Palace during his visit to Italy for the first time since the beginning of the Russian invasion, in Rome, Italy, 13 May 2023. ANSA/UFFICIO STAMPA PALAZZO CHIGI/FILIPPO ATTILI +++ ANSA PROVIDES ACCESS TO THIS HANDOUT PHOTO TO BE USED SOLELY TO ILLUSTRATE NEWS REPORTING OR COMMENTARY ON THE FACTS OR EVENTS DEPICTED IN THIS IMAGE; NO ARCHIVING; NO LICENSING +++ NPK +++

Fost sigurtà kbira ta’ iktar minn 1,000 pulizija madwar Ruma… mal-wasla tiegħu f’ajtuport militari huwa nltaqa’ mill-Ministru Taljan għall-Affarijiet Barranina Antonio Tajani. Tajani qal li l-Italja se tkompli tagħti s-sapport kolu tagħha lill-poplu Ukren u se tkompli tisħaq fuq aktar paċi filwaqt li tkun salvagwardjata l-indipendenza tal-Ukrajna.

Aktar tard waranofsinhar, Zelensky kellu laqa’ mal-Papa Franġisku… l-ewwel laqgħa li saret bejn dawn iż-żewġ mexxejja mill-bidu tal-invażjoni Russa f’Ukrajna. Il-Papa ta’ spiss qal li l-Vatikan lest li jaġixxi bħala medjatur fil-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Però r-relazzjoni bejn l-Ukrajn u l-Vatikan mhux dejjem kienet waħda faċli. Dan hekk kif f’Awissu li għadda, l-Ambaxxatur Ukren għall-Vatikan kien ikkritika lill-Papa wara li rrefera għall-mewt ta’ Darya Dugina, bint sapporter ta’ Vladimir Putin, li ntqatlet permezz ta’ karozza bomba, bħala vittma innoċenti ta’ din il-gwerra. 

Din iż-żjara f’Ruma saret wara li r-Russja wettqet mewġa ġdida ta’ attakki mill-ajru fuq Kyiv u bliet oħra Ukreni matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

U wara l-aħbar li Zelensky twaqqaf milli jagħmel diskors qasir waqt il-Eurovision Song Contest, kienu bosta dawk li urew solidarejeta mal-President Ukren fosthom il-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak kif ukoll Boris Johnson.

Intant membru tal-Parlament Russu kif ukoll sitt itfal indarbu minn missili li kienu sparati mill-Ukrajna… bl-awtoritajiet ta’ Luhansk qalu li żewġ rockets ikkawżaw ħsara kbira lil numru ta’ fabbiriki li ma jintużawx.  U fl-aħħar sigħat truppi Ukreni sparaw rocket ieħor lejn truppi Russi li jinsabu fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia.