Lokali

Bżonn li jkun investigat id-deal korrott tal-isptarijiet

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia ippreżentaw denunzja lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà biex jinvestiga mhux biss dak li ħareġ mill-Qorti fir-rigward tal-għoti tat-tliet sptarijiet pubbliċi lill-Vitals Global Healthcare u lil Steward Helthcare, iżda wkoll Robert Abela li quddiem dan l-iskandlu baqa’ ma ħa l-ebda azzjoni jew passi u rrenda lilu nnifsu kompliċi mal-ħniżrijiet li twettqu.

Din hi l-ewwel darba li quddiem il-Kummissarju tal-Pulizija hemm formalment talba għal din l-investigazzjoni, anki fil-konfront ta’ Robert Abela. Din id-denunzja kienet imfassla mid-Deputati Karol Aquilina u Joe Giglio.

Il-lista sħiħa ppreżentata lill-Kummissarju tal-Pulizija tal-persuni li l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom tniżżlu bħala l-persuni li għandhom ikunu investigati huma:

1. Joseph Muscat (K.I. Nru. 0110274M);

2. Konrad Mizzi (K.I. Nru. 0521577M);

3. Christopher sive Chris Fearne (K.I. Nru 0222863M);

4. Robert Abela (K.I. Nru 0070478M);

5. Christian sive Chris Cardona (K.I. Nru. 0364572M);

6. Keith Schembri (K.I. Nru. 0331975M);

7. Edward Scicluna (K.I. Nru. 0892646M);

8. Clyde Caruana (K.I. Nru. 0143585M);

9. Ram Tumuluri (Passaport Kanadiż Nru HP116738);

10. Mark Edward Pawley (Passaport Ingliż Nru 761265955);

11. Shaukat Ali Chaudry (Passaport Nru KG617268);

12. Aasia Parveen Shaukat (Passaport Nru KG617557;

13. Asad Shaukat Ali (Passaport Nru A104088);

14. Mohammad Shoaib Walajahi (Passaport Nru AQ6789063);

15. Armin Ernst (Passaport Amerikan Nru 565516948);

16. Ashok Rattehalli (Passaport Nru 488828334);

17. James Camenzuli (K.I. Nru 0170271M);

18. Manuel sive Emanuel Castagna (K.I. Nru 0282073M);

19. Robert Borg (K.I. Nru 0281474M);

20. David Galea (K.I. Nru 0151276M);

21. Mario Galea (K.I. Nru 0333659M);

22. Ronald Mizzi (K.I. Nru 0354182M);

23. Robert-Noel sive Robert Vella (K.I. Nru 0048869M);

24. Peter Mamo (K.I. Nru 0229556M);

25. Bluestone Investments Malta Ltd (C 67975);

26. Pivot Holdings Ltd (C 67020);

27. Oxley Capital Group;

28. Malta Industrial Parks Limited (C 28965) li nhar it-3 ta’ Novembru 2020 biddlet isimha għal INDIS Malta Ltd;

29. Projects Malta Limited (C 64764) li nhar l-1 ta’ Marzu 2021 biddlet isimha għal Malta Strategic Partnership Projects Ltd;

30. Bluestone Special Situations 4 Limited (irreġistrata fil-British Virgin Islands);

31. AGMC Incorporated (irreġistrata fl-Awstrija);

32. Portpool Investments Ltd (irreġistrata fil-British Virgin Islands);

33. Vitals Global Healthcare Ltd (C 70546) li nhar it-18 ta’ Mejju 2018 biddlet isimha għal Steward Malta Ltd;

34. Vitals Global Healthcare Management Ltd (C 70624) li nhar it-18 ta’ Mejju 2018 biddlet isimha għal Steward Malta Management Ltd;

35. Vitals Global Healthcare Assets Ltd (C 70625) li nhar it-18 ta’ Mejju 2018 biddlet isimha għal Steward Malta Assets Ltd;

36. Beat Limited (C 73064); u

37. Accutor AG (irreġistrata fl-Isvizzera). Jirriżulta wkoll li d-denunzjat Joseph Muscat irċieva mas-€60,000 f’kont li huwa għandu mal-Bank of Valletta p.l.c. mingħand il-kumpaniji Accutor AG u Spring X Media.

NIDENTIFIKAW IR-REATI KOMMESSI MID-DENUNZJATI

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u d-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia fid-denunzja tagħhom lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà biex elenkaw ukoll lista ta’ reati bħala li

kienu jew li wħud minnhom kienu kommessi mid-denunzjati jew minn uħud minnhom.

Din il-lista tinkludi:

1. L-Artiklu 112 tal-Kodiċi Kriminali (uffiċjal pubbliku li jesiġi flus kontra l-liġi);

2. L-Artiklu 115 tal-Kodiċi Kriminali (korruzzjoni);

3. L-Artiklu 118 tal-Kodiċi Kriminali (korruzzjoni ta’ membru tal-Kamra tad-Deputati);

4. L-Artiklu 121 tal-Kodiċi Kriminali (korruzzjoni ta’ ġurati u persuni oħra);

5. L-Artiklu 121A tal-Kodiċi Kriminali (meta persuna tuża l-influwenza li jkollha);

6. L-Artiklu 121B tal-Kodiċi Kriminali (reati li għandhom x’jaqsmu mal-kontabbiltà);

7. L-Artiklu 121D tal-Kodiċi Kriminali (responsabbiltà ta’ korp magħqud għal reati);

8. L-Artiklu 124 tal-Kodiċi Kriminali (interess privat f’aġġudikazzjoni eċċ);

9. L-Artiklu 125 tal-Kodiċi Kriminali (interess privat f’għoti ta’ ordnijiet eċċ);

10. L-Artiklu 141 tal-Kodiċi Kriminali (ksur tal-obbligi ta’ uffiċjali jew impjegat pubbliku);

11. L-Artiklu 185 tal-Kodiċi Kriminali (għoti ta’ dikjarazzjonijiet jew ċertifikati foloz);

12. L-Artiklu 186 tal-Kodiċi Kriminali (min xjentement jagħmel użu minn dikjarazzjonijiet jew ċertifikati foloz);

13. L-Artiklu 188 tal-Kodiċi Kriminali (dikjarazzjoni falza jew tagħrif falz lil awtorità pubblika);

14. L-Artiklu 293 tal-Kodiċi Kriminali (approprjazzjoni bla jedd);

15. L-Artiklu 294 tal-Kodiċi Kriminali (ċirkostanzi aggravanti f’każ ta’ approprjazzjoni bla jedd);

16. L-Artiklu 308 tal-Kodiċi Kriminali (frodi b’għemil qarrieqi);

17. L-Artiklu 309 tal-Kodiċi Kriminali (każijiet oħra ta’ qligħ b’qerq);

18. L-Artiklu 310BA tal-Kodiċi Kriminali (pussess, għemil jew provvista ta’ oġġetti għall-użu fi frodi); u

19. L-Artiklu 3 tal-Att kontra Money Laundering (atti ta’ money laundering).

In-nuqqasijiet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

u mill-Kummissarju tal-Pulizija jridu jieqfu

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech: Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa ppreżentajna denunzja biex il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà jinvestiga dak li ħareġ mill-Qorti u jinvestiga wkoll dak kollu li ħareġ minn rapporti uffiċjali oħrajn u mill-midja dwar l-għoti ta’ tliet sptarijiet tal-pubbliku lill-barranin.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti enfasizzat it-tħassib tagħha jekk persuni responsabbli mill-Awtoritajiet Governattivi setgħux qatt jidħlu għall-obbligi li kellhom. Anke l-Awditur Ġenerali kien iddikjara li dan kien deal suspettuż.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista qed jitlob biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil dawk li, bl-għemil u l-azzjonijiet tagħhom, influwenzaw lil ċerti persuni dwar dan id-deal frawdolenti.

Din hi l-akbar frodi li qatt sar f’pajjiżna, li din is-serqa ilha għaddejja tmien snin fejn rajna ħafna rapporti tal-ġurnalisti u mozzjonijiet mill-Partit Nazzjonalista fil-Parlament.

Rajna wkoll nuqqasijiet kbar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mill-Pulizija, u issa li l-Qorti kkonfermat dan kollu u ħassret il-kuntratti kollha relatati mal-isptarijiet għax huma kuntratti frawdolenti, ma jittieħed ebda pass mill-awtoritajiet.

Il-Partit Nazzjonalista ppretenda li wara d-dikjarazzjoni tal-Qorti, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jiċċaqalqu u jagħmlu xogħolhom. Hu d-dmir tal-Kummissarju tal-

Pulizija li jinvestiga indipendentement mill-Inkjesta Maġisterjali u jitressqu n-nies il-Qorti.

Min kien involut fid-deal frawdalenti jrid

iwieġeb billi jitressaq quddiem il-Ġustizzja

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia: Jeħtieġ li l-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil min kien involut fid-deal tal-isptarijiet.

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa għamilna talba uffiċjali għal investigazzjoni biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil kull min kien involut fid-deal tal-isptarijiet.

Dan għamilnieh wara fatti li ħarġu mill-Qorti minn rapporti uffiċjali oħrajn u mill-midja dwar l-għotja mill-Gvern tat-tliet sptarijiet pubbliċi lill-barranin.

Fis-sentenza l-Qorti enfasizzat it-tħassib tagħha jekk persuni responsabbli mill-awtoritajiet governattivi setgħux qatt jidħlu għall-obbligi li kellhom. Anki jekk l-Awditur Ġenerali kien iddikjara li dan kien deal suspettuż.

Biex jinvestiga, il-Kummissarju tal-Pulizija m’għandux jistenna l-eżitu mill-inkjesta maġisterjali, għax hemm biżżejjed materjal biex l-investigazzjonijiet jibdew mill-aktar fis.

Mhu se nieqfu qatt ninsistu li toħroġ il-verità dwar dan id-deal u li min kien responsabbli għalih jitressaq quddiem il-ġustizzja.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem biex tittieħed azzjoni minnufih, ħalli issir ġustizzja għall-ġid tal-poplu kollu.

L-Oppozizjoni qegħda tagħmel xogħolha, iżda issa jonqos li l-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel xogħlu. L-arloġġ għaddej u żmien l-iskuzi għadda. Issa żmien l-azzjoni.