Membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fi Triq San Vinċenz, Tas-Sliema wara li kċina ta’ ristorant ħadet in-nar għall-ħabta tal-4pm.
Dawk kollha li kienu fil-post ġew evakwati minnufih, bil-kok inħareġ mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili. Fortunatament, l-ebda persuna, inkluż il-kok, ma sofriet mill-ebda ġrieħi.
Mill-inqas żewġ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili kienu fil-post biex jikkontrollaw in-nirien.
Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal ftit tal-ħin wara.