Lokali

Jitkisser il-monument tat-tliet artisti f’Tas-Sliema

Fl-aħħar sigħat tkisser il-monument tat-tliet artisti li jinsab f’Bisazza Street, f’Tas-Sliema.

Wieħed mill-personaġġi, dak ta’ Charles Clews, tkisser minn qaddu ‘l fuq fejn saret ħsarat kbira tant li partijiet minnu sar biċċiet u nfirxu tul il-pjazza.

Charles Clews kien twieled fl-1919 u kien magħruf għax-xogħol tiegħu bħala kittieb, attur u umorista.

Is-Sindku ta’ Tas-Sliema qal li kien kaġun tar-riħ qawwi li għamel fl-aħħar sigħat li rriżulta biex jitkisser il-monument.