Internazzjonali

L-elezzjoni fit-Tajlandja: It-tifla ta’ eks Prim Ministru favorita kontra l-PM li mexxa l-kolp ta’ stat militari

It-Tajlandja: Favorita li tieħu r-riedni…

It-tifla ta’ eks Prim Ministru Tajlandiż kienet qed tidher favorita li tirbaħ l-elezzjoni ġenerali li qed tkun imfissra bħala ‘punt deċiżiv’ għall-pajjiż li fl-aħħar snin għadda minn diversi kolpi ta’ stat. U waqt li t-Tajlandiżi qed jivvutaw, l-ewwel indikazzjonijiet – mhumiex ikkonfermati –- huma li l-Partit Pheu Thai (Għat-Tajlandiżi) ta’ Paetongtarn Shinawatra ‘tinsab fuq quddiem’ f’din it-tellieqa.

Paetongtarn Shinawatra hi t-tifla ta’ Thaksin Shinawatra li snin ilu kien tkeċċa minn Prim Ministru u meta għad għandha biss 36 sena. Hi intant kienet kapaċi tuża n-network li kellu missierha (magħmul mill-persuni influwenti) biex tirrealizza l-ambizzjonijiet politiċi hi u twassal il-messaġġi populisti lir-residenti b’introjtu baxx fir-reġjuni rurali tat-Tajlandja.

Il-Prim Ministru Tajlandiż attwali hu Prayuth Chan-ocha, il-Ġeneral tal-Armata li mexxa l-aħħar kolp ta’ stat fl-2014 u li qed jipprova għal mandat ta’ poter ġdid. Madankollu, Chan-ocha qed jiffaċċja sfida enormi mill-partit ta’ Shinawatra kif ukoll mill-Partit bl-isem ‘Nimxu ‘Il Quddiem’ rappreżentat mill-kandidati żgħażagħ, progressivi u ambizzjużi.

Intant, Chan-ocha anki deher li kien sejjer ħażin fl-istħarriġ ta’ opinjoni u meta – f’dan il-proċess – qed jivvutaw mal-50 miljun Tajlandiżi biex jeleġġu 500 deputat fil-Kamra t’Isfel tal-Parlament f’Bangkok.