Lokali

Persuni jweġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur u raġel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tattraffiku lbieraħ filgħaxija.

L-ewwel inċident seħħ għas-7:45pm, fi Triq Ġorġ Borg Olivier, il-Mellieħa. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Ġermaniż ta’ 38 sena ntlaqat minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 23 sena residenti n-Naxxar.

It-tieni inċident seħħ ftit qabel l-10pm, fi Triq il-Wied f’Birkirkara, fejn raġel min-Nepal ta’ 30 sena u residenti s-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin