Raġel ta’ 54 sena minn San Pawl il-Baħar tilef ħajtu wara li skiddja bil-mutur li kien qed isuq u spiċċa f’nofs ta’ barrikati tal-ħadid bejn karreġjata u oħra.
L-inċident seħħ fi Triq Dun Karm, Birkirkara għall-ħabta tal-5:15pm.
Is-sewwieq tal-mutur spiċċa diversi metri ‘l bogħod mill-mutur tiegħu.
Fil-post marret ambulanza biex tassisti lill-vittma għalkemm l-isforzi tagħhom kienu kollha għalxejn hekk kif is-sewwieq miet ftit tal-ħin wara fil-post tal-inċident.
L-espert forensiku, t-tabib Mario Scerri mar fil-post. Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw il-każ filwaqt li nfetħet Inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa, Ian Farrugia.