Lokali Qorti

Dokumenti fil-Qorti fuq skema ta’ ħasil ta’ flus ta’ €62 miljun – Biżżejjed provi biex koppja titqiegħed taħt att ta’ akkuża

Uffiċjali mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u tal-VAT ippreżentaw numru kbir ta’ dokumenti b’rabta ma’ akkużi ta’ ħasil ta’ flus fejn mara u raġel qed jiġu mixlijin b’rabta ma’ skema imsejjħa “carousel VAT” ta’ madwar €62 miljun. Din l-iskema hija li frodisti jimportaw oġġetti mingħajr VAT minn pajjiżi oħra, imbagħad ibigħu l-oġġetti lil xerrejja domestiċi u jiċċarġjawhom il-VAT.

Allegatament f’dan il-każ allegatament kien hemm tbagħbis f’irċevuta l-VAT bil-valur mixtri jew mibjugħ ikun ferm inqas minn dak reali u għalhekk meta wieħed japplika biex jieħu refund l-ammont ikun inqas u għalhekk jingidem. Martin Farrugia ta’ 45 sena, residenti r-Rabat, li jaħdem fil-kostruzzjoni u Henriette Cassar ta’ 49 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ qegħdin iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom.

Mingħajr ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni minn naħa tad-difiża rigward li hemm provi biżżejjed biex il-koppja titqiegħed taħt att ta’ akkuża. Sadanittnat Uffiċjal mid-Dipartiment tal-VAT ippreżenta lill-Qorti erba’ kaxxi kbar b’dokumenti ta’ invoices allegatament iffrodati fejn semma’ ma’ min Farrugia għamek diversi tranżazzjonijiet, fejn numru minnhom kienu anke persuni li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-biedja u dawk li jtrabbu l-annimali.

Waqt il-preżentazzjoni tad-dokumenti li għaddew lill-Maġistrat Leonard Caruana bdew joħorġu ċifri ta’ eluf ta’ ewro allegarament iffrodati. L-arrest f’dan il-każ kien wasal wara interrogazzjoni ta’ mill-inqas ħamsa minn nies fin-negozju. Kien mistenni li mill-inqas tliet individwi oħra jiġu akkużati fil-jiem li ġejjin b’reati simili.

L-Ispettur Joseph Xerri diġà qal lill-Qorti li fl-2022, id-dipartiment tal-VAT informa lill-pulizija li Martin Farrugia jista’ jkun qed jevadi t-taxxa minħabba diskrepanzi bejn talbiet u prospetti. Irriżulta li 4.2 miljun ewro u li Cassar kienet iddepożitat ‘l fuq minn €900,000 f’ċekkijiet relatati man-negozju ta’ Farrugia.

Fost il-ħafna akkużi ngħad li ma kienx iddikjarat qligħ ta’ €150,000 fuq negozju, qalet il-Prosekuzzjoni. Waqt it-tfittxijiet kienu nqabdu numru ta’ apparat elettroniku li suppost kellu jwassal biex jiġu akkużati aktar nies. Saret talba oħra għall-pleġġ fil-konfront tal-akkużati.

L-Avukat Franco Debono, li qed jidher għal mara għamel it-talba li ma kellhiex oġġezzjoni minn naħa tal-prosekuzzjoni. Fir-rigward ta’ Martin Farrugia l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha. L-Avukat Dominic Micallef għall-akkużat qal li wieħed għandu jżomm f’moħħu li persuna hi preżunta innoċenti sakemm misjuba ħatja.

Tenna li huwa dritt funadamentali ta’ persuna li tingħata l-libertà u ċċita sentenza kostituzzjonali li tgħid li minbarra li l-prosekuzzjoni trid tkun li tagħti r-raġunijiet għaliex tali pleġġ ma jingħatax, ir-raġuni trid tkun waħda b’saħħitha. Fost dawn hemm li ma tinstabx u li taħrab minn Malta.

“Dan hu każ li ilu għaddej mill-2021, u li fl-2022 numru ta’ porsuni ġew mitkellmu u li allegatament ġew ffrodati. Dawn diġa tkellmu mill-Pulizija u issa d-dokumenti huma esebiti u li l-Prosekuzzjoni bbażat il-każ tagħha kważi kollu fuq tali dokumenti.

“Ma hemm l-ebda indikazzjoni li meta l-Pulzija investigaw, 44 xhud, li xi ħadd minnhom qalet li ġiet avviċinata, u ħadd ma jista jgħid li l-akkużat ma kienx jaf x’qed jiġri. 44 allegat ilment tagħhom ġew esebiti fi ħdan il-qorti, allura x’biża reali hemm li dan jista’ jbagħbas il-provi,” qal l-avukat.

Kompla li ma jistax ikun li wieħed jisma’ kantaliena ta’ 44 xhud – wieħed wieħed u jinżamm arrestat meta dawn irdu li jinstemgħu kollha. Dawn diġa ġew mitkellma mill-Pulizija. Qal li jekk il-klijent tiegħu jikser il-kunduzzjonijier jerġa jirressaq fuq reat kriminali ieħor. Għax li wieġħed jikkometti reat garvi mhux biżżejjed biex jibqa’ taħt arrest.

L-Avukat Abigail Caruana Vella qed tmexxi l-prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qalet li dan huwa każ kumpless u li jinvolvi diversi persuni. Dwar il-kantaliena ta’ xhieda, dan hu minħabba n-natura tal-każ inniffsu u li hu fuq perjodu twil taż żmien u li hemm nvoluti fl-allegat reati, ħafna u ħafna flus.

Veru li issa d-doumentazzjoni qiegħda hemm kollha, iżda hemm il-biża tal-kommunikazzjoni bejn l-imputat li ried jitħallas b’ċekk ma’ ħafna mill-persuni u li dan kellu kuntatti magħhom qabel. “Għasu ma qalilnixe fejn qed joqgħod. Skont il-karta tal-idetittà tiegħu, l-akkużat jgħix f’għalqa li mhijex abittabbli u li hija wkoll mikrija lil wieħed mill-vittmi tiegħu.

Caruana Vella qalet ukoll li l-akkużat ġħandu kawżi oħra, kemm ċivili u oġra kriminali, li hija tad-distrett. Sadanittant l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja, L-Avukat Micallef qal li fl-awla preżenti hemm missier Martin Farrugia li jista’ jiddikjara li se jibda jgħix miegħu. Reġa’ saħaq li ma nġabet l-ebda prova dwar intraċċ tal-provi. Hu l-fatt li l-Pulizija għadha tinvestiga ma jfissirx li għandu jbati l-klijent tiegħu.

Il-Qorti qalet li se tkun qed tiddeċiedi dwar il-pleġġ fi stadju aktar tard. L-Avukat Abigail Caruana Vella qed tmexxi l-prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, flimkien mal-Ispettur tal-pulizija Joseph Xerri. L-avukati Franco Debono u Francesca Zarb qed jirrappreżentaw lil Henriette Cassar, filwaqt li f’isem Martin Farrugia qed jidhru l-avukati Etienne Borg Ferranti u Dominic Micallef.

L-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Rebecca Mercieca huma parte civile f’isem l-allegati vittmi Paul Azzopardi, William u Josephine Farrugia fil-kapaċità tagħhom u f’rappreżentanza tal-kumpaniji tagħhom: Farm Meat ltd, San Blas Farm Ltd, Breeding Ltd, Magvin. Ltd. L-avukati Stefano Filletti u Francis Azzopardi rrappreżentaw grupp ta’ kumpaniji oħra li allegatament sfaw vittma tal-akkużati. L-Avukati Ramona Attard u Adrian Sciberras illum informaw lill-Qorti li se jkunu wkoll jirrappreżentaw numru ta’ allegati vittmi. Il-każ ikompli fl-20 ta’ Ġunju fin-12.30pm.