Empoli salvaw punt fl-aħħar sekondi tal-partita tagħhom kontra Sampdoria fi draw ta’ 1-1. Sampdoria li diġa huma relegati għas-Serie B marru fil-vantaġġ fl-34 minuta permezz ta’ Alessandro Zanoli.
B’Sampdoria dehru li se jkisbu r-raba’ rebħa tal-istaġun, Empoli kellhom ħsibijiet oħra u fl-aħħar sekondi tal-partita ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Roberto Piccoli.
//= $special ?>