Lokali

AĠĠORNATA: Anzjani evakwati wara rapport falz ta’ nirien

Illum waranofsinhar għall-ħabta tas-2pm il-Pulizija rċivew rapport ta’ nirien f’Dar tal-Anzjani li tinsab fi Triq id-Dawr fil-Mosta.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija waslu fil-post fejn uħud mir-residenti ġew evakwati għas-sigurtà tagħhom.

Iżda ftit tal-ħin wara ġie konfermat li dan il-każ kien biss ‘false-alarm’.

Il-Pulizija xorta minn naħa tagħha qed tinvestiga kif daħal dan l-allarm.