Sport Sport Ieħor

Giro d’Italia: Rebaħ u rtira minħabba l-Covid-19

(Ritratt: EPA)

Illum hija ġurnata ta’ mistrieħ fil-Giro d’Italia madankollu dak li seħħ il-bieraħ se jkollu effett serju fuq l-edizzjoni ta’ din is-sena. Fid-disa’ prova fuq distanza ta’ 35 kilometru bejn Savignano sul Rubicone sa Cesena, suċċess għal Remco Evenepoel tal-Belġju għal Soudal Quick Step li temm il-prova kontra l-ħin f’41 minuta, 24 sekonda b’distakk ta’ sekonda fuq il-Britanniku ta’ Ineos Granadiers Geraint Thomas.

Fit-tielet post temm il-Britanniku Tao Geoghegan Hart ta’ Lolo Kometa Cycling Team b’distakk ta’ żewġ sekondi. Fi tmiem id-disa’ prova wara li saret il-premjazzjoni, fit-testijiet fuq iċ-ċiklisti rriżulta li Evenepoel kien pożittiv għall-Covid 19.

Fi stqarrija li ħarget immedjatament wara, tħabbar li Evenepoel, li kien wieħed mill-favoriti ewlenin għar-rebħ tal-Giro 2023, irtira mill-kompetizzjoni.

Fil-klassifika ġenerali Evenepoel kien bil-flokk ir-roża b’34 siegħa 33 minuta 42 sekonda b’distakk ta’ tlett sekondi fuq is-Sloven Primoz Roglic ta’ Jumbo Visma . L-għaxar prova ta’ għada se tkun fuq distanza ta’ 196 kilometru bejn Sandiano u Viareggio