Għalkemm qed tkompli tiżdied il-pressjoni wara id-deċiżjoni li fl-Għadira ssir single lane … skont il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon, is-sitwazzjoni mhix waħda inkwetanti. Hekk kif skont hu… it-traffiku se jkun biss il-Ħadd waranofsinhar.
Fl-aħħar ġimgħat kienu bosta dawk li urew it-tħassib tagħhom għad-deċiżjonijiet li ttieħdet biex it-triq li tagħti miċ-Ċirkewwa għall-Mellieħa, parti minnha ssir one lane. Deċiżjoni li qed tikkawża ammont kbir tat-traffiku l-iktar fi tmiem il-ġimgħa meta l-Maltin u l-Għawdxin ikunu qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer. Dan minħabba l-fatt li d-devjazzjonijiet temporanji diga’ qallbu t-traffiku fuq karreġjata waħda.
Il-proġett tat-triq tal-Għadira ġibed lejh kritika enormi mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex illi qalet li ma tistax tifhem għaliex l-unika karreġġjata li tgħaqqad lil Għawdex man-nofsinhar ta’ Malta se jkollha biss karreġjata waħda. L-Assoċjazzjoni appellat lill-awtoritajiet involuti biex jikkunsidraw l-impatt tat-traffiku li se tikkawża din it-triq b’karreġġjata waħda – iżda l-Gvern qed iżomm mal-pjan oriġinali tiegħu.
Intant, dwar il-proġett ta’ Ħal Kirkop, Ivan Falzon ġġustifika l-fatt li kien hemm dewmien ta’ madwar 15-il ġurnata biex tlesta x-xogħol… hekk kif inizjalment dan il-proġett kellu jitlesta sal-aħħar ta’ April. Proġett li fi kliem il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta ħoloq inkonvenjent lil kull min juża dawn l-akkwati.
Il-proġett tal-Luqa Junction, li sissa tlesta 70% minnu, qed ikun imwiegħed li jitlesta sal-aħħar ta’ Ġunju.. hekk kif sal-aħħar ta’ Mejju mistennija tinfetaħ Triq il-Kunsill tal-Ewropa fejn imbagħad f’Ġunju se jinfetħu rotot oħra li jmorru lejn Ħal Qormi u dawk min-naħa ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
//= $special ?>