Il-gvern ma jaqbilx mal-konklużjonijiet ta’ rapport li kien sar mill-ex Kummissarju għall-Istandards George Hyzler li sab ksur tal-Kodiċi ta’ Etika fil-mod kif il-gvern iffinanzja pubblikazzjoni propogandistika fil-gazzetta ‘KullĦadd’; liema pubblikazzjoni swiet €17,000 mill-fondi pubbliċi. Il-gvern ma jridx li dan ir-rapport ikun pubblikat.
Dan ir-rapport kien diskuss f’laqgħa li saret tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li kienet preseduta mill-Ispeaker Anġlu Farrugia u li għaliha attendew il-Ministru tal-Ġustizzja Johnatan Attard u l-Whip tal-Gvern Andy Ellul għall-gvern u d-deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Mark Anthony Sammut għall-Oppożizzjoni.
F’din il-laqgħa ma kienx hemm deċiżjoni finali jekk ir-rapport ikunx addottat għaliex l-Ispeaker għad irid jiddeċiedi l-vot tiegħu wara li l-membri tal-gvern u tal-Oppożizzjoni ma qablux jek ir-rapport ikun addottat.
Il-Ministru Jonathan Attard qal li l-liġi għandha tkun applikata kif inhi u kompla li l-ex Kummissarju George Hyzler kien ippropona li l-linji gwida jerġgħu jkunu diskussi. Dan għaliex dawn qiegħdin hemm biex jgħinu u għalhekk m’għandhomx ikunu infurzati fuq il-persuni li kienu seuġġetti għal dan ir-rapport. Hu sostna li għahekk ir-rapport m’għandux ikun addottat.
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal r-rapport jagħmel riferenza għal dak li jingħad fil-parlament Ingliz fejn meta d-deputat jew ministru jinsab ħati allura jkollu jħallas lura l-fondi. Hu qal li l-gvern diġà ma kienx addotta r-rapport dwar l-ex Ministru Laburista Carmelo Abela dwar fondi għal riklamar. Dakinhar il-gvern kien sostna l-istess argument dwar il-linji gwida; iżda hemm il-linji gwida.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed juri emm ma nbidel xejn u mhux minnu li l-gvern irid jgħolli l-istandards. Hu sostna li fil-każ ta’ Clyde Caruana, l-ex Kummissarju Hyzler irrakomanda li l-Ministru Caruana jirrifondi lura r-riklamar li sar minn fondi pubbliċi u l-Ministru Caruana aċċetta.
Ryan Callus kompla li b’sens ta’ maturità lejn il-Ministeru tal-Finanzi, Clyde Caruana ammetta li la kien juża fondi pubbliċi għal skopijiet personali,h u kien lest iħallashom lura. Illum hemm l-istess każ identiku fejn il-Kummissarju għall-Istandards sab li ministri wżaw fondi pubbliċi iżda issa l-Gvern, issa, ma jridx li jaddotta r-rapport. Dan hu nuqqas ta’ kredibbiltà, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Il-Ministru Attard qal li l-Kummissarju għall-Istandards mhux jirrakkomanda sanzjoni partikolari iżda qed jindika u tkun ikkunsidrata l-prattika tal-parlament Ingliż.
Hu qal li ma jirriżultax li hemm xi ksur tal-etika minn ministri fil-pubblikazzjoni fil-‘KullĦadd’. Il-Ministru Aattard qal li l-membri tal-Gvern għandhom dritt ma jaqblux mal-konklużjoni tal-Kummissarju għall-Istandards u sostna li l-gvern jimxi ma’ dak li hu ġust; għalhekk ma jaqbilx li dan ir-rapport ikun addottat. Hu qal li l-gvern jemmen li l-pubblikazzjoni fil-‘Kullħadd kienet ta’ interess ġenerali għall-pubbliku.
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li l-pubblikazzjoni kienet propogandistika u kompla li l-artikli li qed jinkisru huma dawk l-istess bħal dawk fil-konfront tal-Ministru Caruana.
Il-Kummissarju tal-Istandards qed jistabilixxi li nkisru l-Kodiċi ta-Etika, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li xi nuqqas ta’ linji gwida ma jfissirx li ma jkunx hemm ksur tal-Kodiċi ta’ Etika; jekk isir dan allura l-istandards ikunu qed jinqerdu. Nefqa ta’ €17,000 fil-pubblikazzjoni fil-‘KullĦadd’ ma tistax tibqa’ għaddejja, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Il-Whip Laburista Andy Ellul qal li jrid ikun ikkunsidrat wkoll li l-pubblikazzjoni saret meta l-poplu kien fid-djar minħabba l-COVID u sostna li f’dak il-perjodu l-poplu kellu bżonn appoġġ morali.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-linji gwida jridu jkunu parti mil-liġi u kompla li hu jabqel mal-konklużjonijiet tar-rapport iżda s-sanzjonijiet iridu joħorġu mil-liġi biex ma jkunx hemm ksur tad-drittijiet tal-persuni involuti. Hu kompla li l-parlament waqaf seba’ xhur sakemm laħaq il-Kummissarju l-ġdid u sostna li l-Kumitat għandu jkun konfortat b’dak li jgħid il-Kummissarju.
L-Ispeaker kompla li għall-korrettezza u t-trasparenza u ppropona li l-Kummissarju għall-Istandrads iwieġeb mistoqsijiet quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qabel jittieħed il-vot.
Ryan Callus qal li l-Kumitat irid jifhem x’qed jistenna n-nies mingħand il-parlament u staqsa min se jara l-kusr tad-drittijiet taċ-ċittadini; li wkoll għandhom ikunu ikkunsidrati. L-Oppożizzjoni tinsisti lir-rapport ikun addottat għaliex din hi t-tieni darba li ġrat wara li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana għaraf li kien żbalja u ħallas.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jidher li l-gvern qed jagħmilha diffiċli biex jiltaqa’ l-kumitat, li ilu ma jiltaqa’ xhur. L-Oppożizzjoni ma tistax terġa tinstabr aġuni biex il-kusr tal-etika ma jkunx implimentat, sostna Ryan Callus, li kompla li se tkun tal-mistħija li l-Ministru tal-Finanzi ħallas waqt li issa numru ta’ ministri ma jkunux snajonati bl-istess mod.
Il-kumitat mar għal-vot iżda qabel l-Ispeaker reġa’ staqsa lill-membri biex qabel jivvutaw issir seduta mal-Kummissarju għall-Istandards. Ma kienx hemm qbil dwar dan u għalhekk ittieħed il-vot fejn iż-żewġ membri tal-gvern ivvutaw favur u ż-żewġ membri tal-Oppożizzjoni ivvutaw kontra li r-rpaport ikun adottat. L-Ispeaker aġġorna s-seduta biex ikun jagħti deċiżjoni dwar il-vot tiegħu.
//= $special ?>