Lokali Saħħa

Il-pazjenti tal-kanċer milquta mill-problema tal-mediċini out of stock

Il-problema tal-mediċini out of stock, kulmajmur qed tkompli tigrava… tant li issa din is-sitwazzjoni xejn sabiħa qed tolqot wkoll lil pazjenti tal-kanċer… fejn pajjiżna spiċċa f’punt fejn mhux qed ikollu kemo x’jagħti lil dawn il-pazjenti. Dan kollu qed iwassal għal sitwazzjoni allarmanti fl-Isptar tal-Onkoloġija.

Jidher li l-kimoterapija bl-isem ta’ Fluorouracil ilha out of stock għal iktar minn sebat ijiem – trattament li wara li jitħallat ma’ mediċina oħra, jingħata lil pazjenti vulnerabbli li jbatu minn kanċer fl-intern, bħal tal-musrana.

Persuni oħra li tkellmu ma’ Net News qasmu magħna s-sitwazzjoni inkwetanti li jinsabu fiha. Dan hekk kif kien hemm pazjenti tal-kanċer li, bħalma jagħmlu dejjem, marru l-Isptar tal-Onkoloġija sabiex jieħdu l-kimoterapija iżda ntbagħtu lura d-dar peress li t-trattament tal-kimo kien out of stock.

Agħar minn hekk, dawn il-pazjenti issa qed ikunu mitluba biex imorru għall-kemo tliet ġimgħat oħra… fi ftit kliem dawn il-pazjenti se jkollhom jaqbżu sessjoni ta’ kemo u dan għad-detriment ta’ saħħithom fejn kulħadd jaf kemm dawn il-pazjenti jkunu jinsabu għaddejjin minn trattament delikat li huwa importanti ferm sabiex isalvalhom ħajjihom.

U quddiem din is-sitwazzjoni, il-Ministru responsabbli minn dan is-settur Chris Fearne mhu qed jagħti l-ebda informazzjoni għaliex din il-mediċina, f’pajjiżna tinsab nieqsa, meta hija disponibbli fis-swiet barra minn xtutna. Mhux talli hekk, talli qabel, wieħed seta’ jaċċessa l-lista ta’ mediċini li jinsabu out of stock minnn fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa, iżda issa… għal xi raġuni mhux magħrufa.. din il-lista m’għadhiex aċċessibbli.