Adrian Delia, PN
It-tielet rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-isptarijiet hu kundanna oħra lill-gvern ta Robert Abela u minnu jirriżulta li l-ez Prim Ministru Jospeh Muscat ta lil Vitals/Steward €128 miljun waqt li Robert Abela tahom €280 miljun.
Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-parlament assista għal xeni surreali wara li l-NAO ppubblika t-tielet rapport dwar il-konċessonijiet tal-isptarijiet; rapport ta’ 450 paġna li jikkonferma frodi ikbar minn dak li rriżulta.
Hu kompla li l-gvern ried li jiddiskuti r-rapport dak il-ħin bla ma jaqra r-rapport. Dan wara li l-Prim Ministru qal li ftit ilu li se jikteb lill-NAO biex jistabilixxi fejn marru l-€400 miljun. Illum l-NAO wieġeb lill-Prim Ministru li kkonfermalu li l-frodi kienu ikbar minn dak li kien kalkulat.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fit-tliet rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali ikkundanna l-għoti tal-konċessjoni u sab li fil-parti l-kbira ta’ dak imwiegħed, il-poplu ma ngħata xejn.
Adrian Delia qal li r-reazzjoni tal-Prim Ministru kienet li jinsab kuntent b’dan ir-rapport li jikkonkludi li n-negozjati saru fl-arja u kienu ħolm, li waqajna fl-abbissi, li l-ftehim ma kienx ratifikat, li kien hemm tentattiv li jiġi negozjat xi ħaġa li qatt ma tista’ tiġi negozjata u li kien hemm tmiem bla tama.
Id-deputat Nazzjonalista qal li r-rapport jikkonkludi wkoll dwar entità governattiva li tirrifjuta li tikkopera mal-Awditur Ġenerali. Hu kompla li l-Prim Ministru qal li mill-€400 miljun iridu jinqatgħu dak li Steward taw u li fihom hemm il-pagi tal-ħaddiema u lill-professjonisti. Il-fatti huma li bejn l-2016 u l-2021, il-gvern ħallas €268 miljun; €52 miljun lil Vitals u €215 miljun lil Steward. Is-salarji li l-gvern ipprova ammontaw għal spiża addizzjonali ta’ €188 miljun. Jirriżulta għalhekk li l-gvern kien qed jigdeb għax is-salarji ma tħallsux mill-€400 iżda tħallsu bħala spiża adizzjonali. Għand min marru l-€400 miljun? Għalhekk il-Prim Ministru ma jridux jagħmel il-kawża biex il-poplu jġib l-€400 miljun lura, sostna Adrian Delia.
Ir-rapport jikkonkludi wkoll lil-gvern ma kellux jaċċetta t-trasferiment bejn Vitals u Steward għaliex mhux suppost li dan sar. Ir-rapport ikkonkluda li kien hemm nuqqas meta sar it-trasferiment meta suppost tħallas l-awdemju lill-gvern Malti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hu rapport ta’ mistħija għall-gvern fejn jikkudanna lill-gvern. Hu semma’ kif l-Awditur Ġenerali sab li meta sar it-trasferiment, tant kien hemm għaġġla, li l-kabinett intalab japprova t-trasferiment tal-konċessjoni wara li dan kien diġà ingħata lill-VGH. Il-kabinett qallhom biex joqgħodu kwieti u daħal fil-borma biex jibqa’ jgħatti, sostna Adrian Delia.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-verità hi li €128 miljun, minbarra s-salarji, tħallsu fi żmien Joseph Muscat u €280 miljun tħallsu fi żmien Robert Abela. Il-Prim Ministru qed jigdeb lin-nies meta jgħid li dan ir-rapport hu ċertifikat għall-gvern, sostna Adrian Delia, li appella lill-poplu biex jaqraw dan ir-rapport u jaraw min seraq lill-poplu u lil min qed jiddefendi lil min seraq lill-polu Malti.
//= $special ?>