Lokali

“L-akbar frodi hija filfatt akbar minn kemm ħsibna” – Bernard Grech

Robert Abela gided għal darb'oħra

Tasal kundanna oħra għall-Prim Ministru Robert Abela… kundanna oħra li tikkonferma kemm dan id-deal tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet kien l-ikbar frodi li qatt seħħ f’pajjiżna.

Ir-rapport tal-NAO li kien ippubblikat it-Tnejn huwa jikkkonferma kemm il-Gvern ta’ Joseph Muscat u Robert Abela huwa gvern li kien ħaġa waħda ma’ dawk li għamlu frodi fuq il-poplu Malti.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Parlament, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dan ir-rapport wera kemm dan huwa frodi ikbar minn kemm wieħed kien jaħseb għax il-flus li nsterqu huma ikbar.

Dan hekk kif l-ammont ta’ 400 miljun ewro ma jinkludix il-pagi li tħallsu lill-ħaddiema li jfisser  li Abela kien qed jigdeb fil-Parlament.

Huwa għamel referenza għal dak li ġara fil-Parlamet fejn il-Gvern ma laqax talba tal-Oppożizzjoni biex fil-jumejn li ġejjin ikun diskuss dan ir-rapport. Dan kollu huwa turija ċara ta’ kemm il-Gvern ried jagħmel diskussjoni mingħajr ma janalizza bir-reqqa l-fatti kollha għax ried jaħbi l-verità milll-poplu.

Bernard Grech qal  li l-fatti huma li dan huwa skandlu kbir ħlief għal Robert Abela li għadu qed jiddferndi dan id-deal. Fejn taħt Joseph Muscat Vitals u Steward ngħataw 128 miljun u taħt Robert Abela ngħataw 280 miljun… B’Abela  baqa’ għaddej jagħti flus il-poplu lil dawn il-persuni li m’għamlu xejn ħlief li serqu lill-poplu Malti u Għawdxi.

Bernard Grech qal li issa għaddiet iktar minn ġimgħa minn meta l-PN ressaq denunja lill-kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga fost l-oħrajn lill-Prim Ministru.. fejn sa issa għadu ma sar xejn.

Il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione qal li din l-investigazzjoni uriet li din il-konessjoni tnisslet sa minn qabel ma ngħata dan il-kuntratt. Qal li kif gie negozjat il-kuntratt ma’ Steward, il-gven għamel l-istesss bħalma għamel ma’ Vitals, fejn il-gvern adotta l-istess atteggjament għax kellu f’mohhu li jagħmel l-istess ħadma.

Alex Perici Calascione qal ukoll li l-Gvern naqas milli jagħmel konsultazzjoni mal-entitajiet li setgħu jaraw li x-xogħol verament kien qed isir kif suppost.

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia semma sitt punti prinċipali li joħorġu minn dan ir-rapport fosthom li Vitals u Steward serqu iktar minn 400 miljun hekk kif il-188 miljun li ngħataw lill-ħaddoema mhumiex inkluzi. Fejn ul-Gvern mhux suppost aċċetta t- trasferiment bejn Vitals u Steward, fejn il-Kabinett meta gie biex japprova dan id-deal, kienet diga ħarġet l approvazzjoni minn Konard Mizzi… kabinett li kien kien jaf li dan id-deal sar b’mod skorett u xorta ivvota favurih.