Futbol Sport

Liverpool jibqgħu jisfidaw għall-post mal-ewwel erbgħa

(Ritratt: EPA)

Liverpool baqgħu jittamaw għall-post mal-ewwel erbgħa meta għelbu lil Leicester bl-iskor ta’ 3-0, b’Leicester minn naħa tagħhom ikompli jirriskjaw li jiġu relegati.

Liverpool fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta’ Curtis Jones, bl-istess player jirdoppja tliet minuti wara. It-tim ta’ Jurgen Klopp għalaq il-partita fil-71 minuta permezz ta’ Trent Alexander-Arnold.