Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li l-gvern hu skomdu ħafna jitkellem fuq l-akbr frodi li qatt sar fil-pajjiż u issa l-Awditur Ġenerali ikkonferma kif il-gvern kompla jinganna lin-nies fil-mod kif ittieħdu l-€400 miljun meta l-pagi ma kinux inklużi f’dan l-ammont. Il-Prim Ministru kien involut għaliex kien il-konsulent legali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru meta saret il-konċessjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hu biss grazzi għall-ħidma tal-PN bil-kawża ta’ Adrian Delia li l-poplu Malti llum reġa ħa l-isptarijiet lura. Hu tkellem dwar Għawdex u qal li r-rapport jikkonferma kif Konard Mizzi qarraq u ħeba lill-kabinett fuq il-klawsola tal-€100 miljun. Dan biex iqarrqu bil-poplu Malti u Għawdxi kollu għax il-gvern Labruista ta prijorità lill-barranin fuq il-poplu Malti.
Hu tkellem dwar is-sitwazzjoni diżastruża tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sostna li dan ir-rapport jikkonferma li dan kien l-ikbar frodi. Issa l-gvern għandu joħroġ bi pjan dwar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-pazjenti u l-ħaddiema jafu li hemm nuqqas ta’ servizzi f-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Steward m’għamlu l-ebda investiment fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fosthom li l-MRI jerġa’ jinġieb f’Gaħwdex. Hu semma’ wkoll il-kimoterapija iżda Gaħwdex hgu trattat tat-tieni kalsis fejn Gvern Laburista m’għamel l-ebda investiment f’dan is-servizz.
Dwar il-klinika tar-Rabat Għawdex, Alex Borg qal li l-gvern għadu m’għamel l-ebda investiment u sostna li l-PN se jibqa jiġġieled fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>