Sport Sport Ieħor

Sparar: James Galea jirbaħ ir-raba’ Trap Selection Shoot tal-istaġun

James Galea rebaħ l-All Malta 2023 għat-tieni darba konsekuttiva b’dan l-avveniment ikun ukoll ir-raba’ Trap Selection Shoot tal-istaġun.

Fit-tieni u t-tielet post rispettivament spiċċaw Nico Sciberras u Emmanuel Bugeja.

Din il-kompetizzjoni saret fir-ranges tal-Bidnija bħala preparament għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li jibdew fid-29 ta’ Mejju li ġej.

James Galea u Emmanuel Bugeja se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fit-Trap tal-Irġiel

Is-sitt finalisti skond l-iskor tagħhom fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni kienu Bugeja Emmanuel – 118/125, Galea James Jr. – 114/125 +4 shoot-off, Sciberras Nico 114/125 +3 shoot-off, Chetcuti William 112/125, Galea Brian – 111/125 +2 shoot-off u Chetcuti Gianluca shot 111/125 +1 shoot-off.

Ir-riżultati overall kienu:

1. GALEA James Jr. 45/50

2. SCIBERRAS Nico 42/50

3. BUGEJA Emmanuel 33/40

4. CHETCUTI William 30/35

3. GALEA Brian 25/30

4. CHETCUTI Gianluca 20/25

Ir-riżultati tal-Class kienu:

Class A

1. BUGEJA Emmanuel 49/50

2. GALEA James Jr. 47/50

3. GALEA Brian 46/50

Class B

1. GALEA Mikaela 45/50

2. CIAPPARA Anglu 42/50

3. XUEREB Johan 41/50

Class C

1. GRECH Carmel 35/50

2. CAMILLERI Daniel 34/50

3. GRECH George 29/50

Il-programm tat-Trap organizzat mill-MSSF ikompli s-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Mejju bil-Ġorġ Bugeja Memorial Grand Prix li se ssir fil-Qormi Clay Shooting Club.