Sport Sport Ieħor

Stefan Cassar jirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April

Stefan Cassar ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April f’għażla imnhedija mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Huwa rebaħ għall-ewwel darba dan l-unur, wara li kiseb Rekord Nazzjonali ta’ 6:31.15 fl-2000 metru Steeplechase għall-atleti ta’ taħt it-tmintax-il sena, waqt l- Athletics Malta Open Challenge 4.

Cassar ilu jippratika l-atletika għal dawn l-aħħar 11-il sena dejjem ma’ La Salle Athletics Club. Huwa jikkompeti wkoll fuq distanzi twal fosthom fl-10 kilometri fejn jirrekjedu abilitajiet differenti minn meta atleta jiġri f’distanzi iqsar. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April 2023 kien ippreżentat lil Stefan Cassar minn Matthew von Brockdorff Direttur Maniġerjali u Kap Eżekuttiv ta’ Atlas Insurance.

F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti l-Membru tal-Kumitat Eżekuttiv Domenic Aquilina. Dan il-premju ta’ kull xahar jingħata b’inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance.