Il-President Erdogan ma rnexxilux iġib aktar minn 50% tal-voti fl-elezzjoni tal-Ħadd, u għalhekk il-poplu Tork se jerġa’ jkun imsejjaħ għat-tieni round ta’ votazzjoni – ħmistax oħra.
Skont il-Kunsill Suprem responsabbli mill-elezzjonijiet fit-Turkija, Erdogan kiseb 49% tal-voti filwaqt li r-rivali tiegħu Kemal Kilicdaroglu kiseb 45%.
Meta ndirizzaw lis-sostenituri taghhom, kemm Erdogan kif ukoll Kilicdaroglu aċċettaw li jidħlu għar-round finali, it-tnejn esprimew ruħhom pożittivi li kapaċi jirbħu.
Ir-riżultat fih innifsu kien kemm xejn ta’ sorpriża għal Kemal Kilicdaroglu għaliex is-surveys kienu qed ipoġġuh favorit li jikseb aktar minn 50%. Dan il-politiku huwa fil-fatt l-aktar figura b’saħħitha minn naħa tal-Oppożizzjoni minn kemm ilu Erdogan fit-tmexxija tat-Turkija.
//= $special ?>