Sport Sport Ieħor

Valletta SC eliminati fil-kwarti finali fil-Major ta’ Bologna

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Major ta’ Bologna 2023, fl-Italja

Is-Sibt kien hemm il-kategoriji individwali fejn fil-kategorija Open, Samuel Bartolo wasal sal-kwarti tal-finali.  Bartolo lagħab kontra t-Taljan Alessandro Amatelli u tilef bl-iskor ta’ 3-2.  Mark Gauci u Christophe Dheur waslu sal-aħħar 32. Joseph Mifsud lagħab fil-kategorija tal-veterani, imma sfortunatament m’għadiex mill-grupp.

Il-Ħadd, Valletta SC kienu qed jipparteċipaw fil-kompetizjonijiet tat-timijiet fejn għaddew mil-grupp bit-tieni post fejn mbagħada lagħbu play-off kontra Napoli Fighter fejn rebħu 2-1. Valletta Subbuteo Club waslu sal-kwarti tal-finali, fejn sfortunatament tilfu 3-1 kontra Reggio Emilia.

It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien mgħamul mill-Captain Samuel Bartolo, Mark Gauci, Christophe Dheur, Angelo Borg u Joseph Mifsud.

Valletta Subbuteo Club se jkunu qed jorganiżżaw l-FISTF Golden Grand Prix ta’ Malta 2023 fl-20 u l-21 ta’ Mejju fis-Società Filarmonica Nazionale La Vallette.