Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna li mhux talli ma solviex il-problema tal-akkomodazzjoni soċjali tant li fadal 1500 jistennew akkomodazzjoni soċjali.
Ivan Bartolo appella biex ikun hemm iktar ħaddiema soċjali u li l-analiżi soċjali jkun regolari. Jeħtieġ studju għaliex il-persuni jkunu fil-lista ta’ stennija, sostna Ivan Bartolo, li appella biex il-problemi jkunu indirizzati mill-għeruq.
Il-vulenrabbli għandhom jingħataw l-opportunitajiet li jmxu ‘l quddiem u għandu jkun ikkunsidrat it-test tal-mezzi biex il-persuni ma jersqux lejn ix-xifer tal-vulnerbabiltà. Jeħtieġ li problemi fis-soqfa ma jdumux biex jissolvew u l-burokrazija titneħħa.
Hu qal li hemm persuni li qed ibatu minħabba l-kirjiet u sostna li l-kwalità tal-ħajja marret lura propju minħabba l-problema tal-kirjiet. Hawn 80,000 persuna skont l-NSO li għandhom problema ta’ faqar u għalhekk Malta hi fost l-agħar pajjiż biex fil-kuntest tal-kirjiet. L-anzjani huma rrabbjati u għalhekk qed tiżdied il-lista ta’ stennija.
Ivan Bartolo qal li l-gvern kien qal li se jsolvi l-rpoblemi tal-akkomodazzjoni soċjali iżda fadal 1500 familja jistennew post.
Ivan Bartolo kkudnanna l-allokazzjoni għall-voti li jagħmel il-gvern li jalloka l-postijiet bl-ittri meta l-postijiet ma jkunux għadhom tlestew. Il-gvern sparixxa r-ruħ soċjali, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-gvern falla bil-kbir u ma wżax flus il-poplu sew.
Dan qed iġib inġustizzji u faqar, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-gvern abbanduna lill-fqir għax ma jrid xejn mingħandhom. Hawn 700 familja jgħixu f’akkomodazzjoni li mhix xierqa, sostna Ivan Bartolo, li qal li mal-PN l-foqra jkunud differenti.
//= $special ?>