Futbol Sport

Ċelebarazzjoni doppja għal Barcelona

(Ritratt: EPA)

Plejers ta’ Barcelona mit-timijiet tal-irġiel u tan-nisa kienu milqugħa minn eluf ta’ partitarji fit-toroq ewlenin tal-belt ilbieraħ wara nofsinhar biex jiċċelebraw ir-rebħ ta’ kampjonat doppju.

It-tim ta’ Xavi Hernandez għeleb lil Espanyol nhar il-Ħadd biex rebaħ is-27 kampjonat tal-klabb u l-ewwel wieħed mill-2019, filwaqt li t-tim tan-nisa ta’ Barcelona kiseb ir-raba’ rebħa konsekuttiva f’ La Liga aktar qabel.

Il-plejers f’żewġ karozzi tal-linja miftuħa, bdew rotta minn Camp Nou sal-monument tal-Arc de Triomf li jinsab ħames kilometri ‘l bogħod, fejn l-eluf ta’ partitarji sfidaw it-theddida tax-xita l-aktar fi Plaza Catalunya. Id-difensur Ronald Araujo kien imdawwar b’bandiera tal-Urugwaj, filwaqt li l-aqwa skorer ta’ La Liga Robert Lewandowski, liebes nuċċalijiet tax-xemx u xalpa ta’ Barcelona, ovazzjoni wkoll lill-kowċ Xavi.

Plejers miż-żewġ naħat libsu flokkijiet bil-frażi “il-kampjonat huwa tagħna, il-futur ukoll”.

It-tim tan-nisa ta’ Barcelona immexxi minn Alexia Putellas, darbtejn rebbieħa tan-nisa tal-Ballun tad-Deheb jinsab fil-finali taċ-Champions League, fejn fit-3 ta’ Ġunju jilgħabu koltra Wolfsburg f’Eindhoven, filwaqt li l-irġiel sfaw eliminati miċ-Champions League fil-fażi tal-gruppi għat-tieni staġun konsekuttiv kif ukoll mill-Europa League meta kienu eliminati minn Manchester United.