Futbol Sport

Eluf iżuru l-qabar ta’ Pelè f’Santos

Ħames xhur mill-mewt tal-leġġendarju Edson Arantes do Nascimiento – Pelè fiċ-ċimiterju Memorial Ecumenical Necropolis f’Santos kien inawgurat il-mużulew u qabar ta’ Pelè.

Mal-inawgurazzjoni beda l-influss ta’ partitarji ta’ Santos biex isellmu għal darb’oħra lil idolu tagħhom. Jiddominaw il-bnadar tal-Brażil u Santos mal-qabar ta’ kulur id-deheb fuq art b’turf artifiċjali.

Fuq medda ta’ 200 metru kwadru, żewġ statwi kbar ta’ Pelè flimkien ma’ replika tat-Tazza tad-Dinja Jules Rimet. Mal-pannelli, l-aktar gowls importanti ta’ Pelè u l-figura tiegħu jgħati bil-ponn fl-ajru wara l-gowl fit-Tazza tad-Dinja tal-1970 fil-Messiku.

Pelè miet fl-età ta’ 82 sena fid-29 ta’ Diċembru 2022.