Lokali Parlament

Il-gvern kollu kompliċi fil-frodi tal-isptarijiet; protesta għada quddiem il-parlament

Protesta għada l-Erbgħa fis-6 pm quddiem il-parlament

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna fil-parlaemnt li l-gvern Laburista kollu hu kompliċi fil-frodi tal-isptarijiet.

Bernard Grech qal li dan kien pjan bizzilla li kien parti mir-road map ta’ Joseph Muscat u tal-gvern Laburista li telgħu fil-gvern biex jaħtfu l-assi tal-poplu.

Hu kompla li kull membru fil-parlament mill-2013, ħlief Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, ivvutaw kull ftehim korrott li għamel Joseph Muscat u li kompla jsostni Robert Abela.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-qorti stabilixxiet li l-kuntratt bejn il-gvern u Vitals /Steward kienu kollha ħżiena tant li ħassrithom. Hu qal li tant il-qorti kienet konvinta li dawn il-kuntratti qatt ma kellhom isiru li ħassrithom.

Bernard Grech qal li d-dpeutati Laburisti kollha kienu qed jivvutaw biex il-kuntratti jibqgħu fis-seħħ u sostna li Joseph Muscat u Robert Abela wżaw flus il-poplu biex iqabbdu avukati biex is-sentenza tal-qorti ma tasalx kif fil-fatt waslet. Dan biex il-qori ma tagħtix l-isptarjiet lura lill-poplu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-qorti aċċettat il-provi li ġab il-PN u kompla li issa l-politiċi kollha Laburista qed jgħidu li mhumiex involuti. Hu qal li kollha kienu involuti tant li ikkonvinċew lil sħabhom jivvutaw magħhom.

Bernard Grech qal li l-Ministru Edward Scicluna kien parti minn dan kollu għaliex suppost li bħala Ministru tal-Finanzi suppost iddefendu flus il-poplu. Robert Abela għamel dak li ried Joseph Muscat biex jibqa’ protett, sostna Bernard Grech, li kompla li anki Chris Fearne segwa dak il-pjan.

L-Awditur Ġenerali qal li fil-21 ta’ Jannar 2020, ġimgħa biss wara li Robert Abela sar Prim Ministru, il-Kabinet kollu aċċetta li jneħħu obbligi li kellhom Steward lejn il-poplu Malti ta’ garanzija.

Il-Kabinet qallhom li jistgħu ma jagħmlux dan l-obbligu, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-gvern ħallas lil Steward €49 miljun. Dan meta kien hemm Robert Abela, Chris Ferane, Clyde Caruana u l-Grupp Palramentari Laburista kollu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li fl-2020 irreġistraw profitt ta’ €6 miljuni minn fuq dahar il-pazjenti Maltin waqt li suppost li l-gvern qed jipproteġu lill-poplu.

Fi Frar 2021, fi żmien Chris Fearne bħala Ministru tas-Saħħa, għadda memorandum mill-Kabinet tal-Ministri. Il-Prim Ministru kellu diġà email mingħand Steward li kien hemm il-frodi iżda l-gvern qabel li jtuhom €25 miljun. Din hi l-kompliċità tal-gvern, sostna Bernard Grech, li kompla li Chris Fearne u Robert Abela ma jistgħux jaħsel idejh mit-tiċpis li għandu tan-nuqqasijiet lejn il-poplu Malti.

L-Awditur Ġenerali stabilixxa li l-ammont ta’ €400 u aktar li l-gvern ta lil Vitals u Stewards ma jinkudix il-pagi tal-ħaddiema. Dan ifisser li l-gvern gideb lill-poplu, sostna Bernard Grech, li kompla li għada kollaborazzjoni ta’ media houses Maltin u barranin iktar dettalji mal-kriminali u mal-korrotti li sostnew il-kuntratti ta’ Vitals u Stewards.

Hemm bżonn li għada fis-6 pm l-poplu jkun quddiem il-parlament u jpprotesta quddiem il-kriminalità u s-serq li l-gvern għamel minn fuq il-poplu Malti, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.