Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Kiev taħt attakk qawwi ta’ missili u drones

Ritratt: BBC news

Attakk qawwi mill-ajru fuq Kiev, ħalla tliet persuni midruba.  Dan kien it-tmien attakk mir-Russja dan ix-xahar fuq il-belt kapitali tal-Ukrajna.

Fl-attakk intużaw kemm drones kif ukoll missili u kien deskritt bħala “eċċezzjonali fid-densità tiegħu”. Il-Gvern Ukren wissa lin-nies biex iżommu ‘l bogħod mit-twieqi hekk kif waqa’ debris minn missili interċettati.

Skont uffiċjal ta’ Kiev, il-maġġoranza tal-miri tal-għadu fl-ispazju tal-ajru ta’ Kiev ġew misjuba u meqruda. Matul il-mawra tiegħu fl-Ewropa, il-President Volodymyr Zelensky ġie mwiegħed tagħmir militari b’valur ta’ diversi biljuni  ta’ dollari, mill-alleati tal-Punent. 

Minn mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna fl-2022, eluf ta’ ċivili u ġellieda nqatlu jew ndarbu, u kważi 8.2 miljun Ukren ġie rreġistrat bħala refuġjat fl-Ewropa.