Tħabbret il-mewt tal-fotografu tal-isport Paul Zammit Cutajar fl-età ta’ 70 sena, iben Francis Xavier Zammit, li f’Wembley Stadium kien ġarr il-bandiera ta’ Malta fic-Ċerimonja tal-Ftuħ f’Olimpijadi ta’ Londra fl-1948 quddiem l-uniku atleta Nesto Jacono.
Għal bosta snin Paul Zammit Cutajar kien fotografu uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti u fl-2014 kien ingħata l-unur tat-Trofew Sport u Arti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Huwa beda bħala fotografu tal-isport fl-2007 bil-partita Malta – Turkija f’Ta’ Qali. Minn hemm fl-2010 kien preżenti fil-Youth Olympic Games f’Singapore, Olimpijadi ta’ Londra fl-2012 kif ukoll il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Zgħar fil-Lussemburgu fl-2013 u fl-2014 fil-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow.
Bejn l-2009 u 2014 kien fotografu uffiċjali fil-Kampjonati tal-għawm FINA u fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl-2011.
Fl-2013 u 2015 rebaħ il-Kategorija għall-fotografija tal-isport fil-Malta Journalism Awards.
//= $special ?>