Futbol Sport

Inter fil-finali tal-UEFA Champions League wara tlettax -il sena

F’San Siro Inter saru l-ewwel tim fil-finali wara li għelbu lir-rivali Milan bl-iskor ta’ 1-0 biex waslu għas-sitt finali tagħħom. Fil-11-il minuta l-ewwel azzjoni perikoluża għal Milan meta Sandro Tonali għadda lejn Brahim Diaz bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata mill-goalkeeper Andre Onana. Fit-38 minuta Milan għal darb’oħra viċin il-gowl meta Rafael Leao għadda tajjeb mix-xellu iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet tħakkek mal-lasta, bl-ewwel taqsima tintemm 0-0.

Minkejja dan fit-tieni taqsima Milan naqsu milli jsibu l-gowl, b’Inter jiddefendu ir-riżultat li kisbu fl-ewwel leg. Biex fl-74 minuta Inter skorjaw il-gowl li tefagħhom fil-finali tal-UEFA Champions League, meta Romelu Lukaku żmarka lil Lautaro Martinez, bl-Arġentin jixħet wara Maignan għal 1-0. B’hekk Inter għaddew għa finali bi skor aggregate ta’ 3-0, wara r-rebħa ta’ 2-0 li kisbu il-ġimgħa l-oħra. Din hija l-ewwel finali għal Inter fiċ-Champions League sa mill-2010, fejn dakinhar huma kienu rebħu din il-kompetizzjoni prestiġjuża għat-tielet darba.

Illum: Inter v Milan 1-0 (3-0)

Għada: Man City v Real Madrid 9.00pm