Internazzjonali

Kiev attakkata bil-missili matul il-lejl li għadda

Fl-aħħar sigħat, il-Belt Kapitali tal-Ukrajna, Kiev esperjenzat attakk mill-ajru bil-missili u bi drones mir-Russi, b’mill-inqas tliet persuni sofrew minn xi ġrieħi kawża ta’ dan.

L-attakk beda għall-ħabta tas-2:30am, ħin ta’ Kiev. Dan kien it-tmien attakk li seħħ fl-aħħar xahar fil-Belt Kapitali.

Il-Kap tal-armata Ukrena qal li l-attakk ġie mit-Tramuntana, min-Nofsinhar, u l-Lvant, bi 18-il missila tolqot lil Kiev. Fortunatament, l-Ukreni kienu preparati tant li ma ħallewx il-missili jmissu l-art u jagħmlu daqstant ħsara. Dan kien l-ikbar attakk fl-iqsar ħin.