Lokali Parlament

L-Awditur Ġenerali reġa’ afferma dak li qal il-PN dwar l-iskandlu tal-isptarijiet

Ritratt: Martin Agius

Stephen Spiteri PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fil-parlament li l-Awditur Ġenerali reġa’ afferma dak li qal il-PN dwar l-iskandlu tal-isptarijiet.

Stephen Spiteri qal li dn kien kuntratt li sar mill-Ministru tat-Turiżmu flok mill-Ministru tas-Saħħa u kompla li l-akbar falliment f’dawn il-kuntratti saru fil-konfront tal-poplu Malti.

Hu kompla li flok hawn infrastruttura b’saħħitha b’San Luqa jipprovdi 400 sodda u t-turiżmu mediku li qatt ma seħħ, hawn nquqasijiet kbar fis-settur tas-saħħa b’detriment għall-poplu Malti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-€188 miljun li ngħataw għall-pagi tal-ħaddiema huma ġustifikati għax huma l-ħaddiema li taw is-servizz lill-poplu. Hu sostna li l-Awditur Ġenerali dejjem afferma dak li l-Oppożizzjoni ilha tgħid fil-parlament u kompla li l-gevrn lanqas ried ipoġġi l-kuntratt fil-parlament u ebda jaħbi l-kuntratt mill-poplu Malti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li flus li suppost marru għas-saħħa inkluż is-saħħa mentali, il-flus marru għand Vitals u Steward. Hu kompla li kien ikun ħafna aħjar kieku San Luqa kien modernizzat flok tħallas abbandunat.

Stephen Spiteri kompla li l-€400 miljun kellhom jiġu investiti fis-settur mediku u sostna li is-settur mediku fl-isptarijiet għandu jkun amministrattiv mill-gvern.