Kummerċ Lokali

MeDirect iniedi prodott ġdid ta’ self għall-investituri fil-proprjetà

MeDirect Malta qed joffri prodott ġdid, il-Property Investment Loan. Dan il-prodott gie mħejji għal investituri li qed ifittxu li jżidu proprjetà mal-portafoll ta’ assi tagħhom bil-għan li jibbenefikaw minn apprezzament tal-valur fil-futur jew li jiġġeneraw dħul mill-kiri ta’ din il-propjeta. Biex ikunu jistgħu japplikaw għal dan it-tip ta’ self, l-investituri jridu jiffinanzjaw depożitu minimu ta’ 25 fil-mija tal-valur tal-proprjetà u jissodisfaw kriterji oħra ta’ self. It-terminu massimu tas-self huwa dak ta’ 25 sena, jew sa’ l-età tal-irtirar, li preżentament hija ta’ 65 sena.

MeDirect illum il-ġurnata għandu reputazzjoni li joħroġ kwotazzjonijiet fuq il-prodotti tas-self li joffri fi żmien qasir ħafna meta kkumparat mas-suq. F’jumejn jew tlett ijiem, klijent ikollu kwotazzjoni fuq l-applikazzjoni tas-self tiegħu. L-istess efficjenza se tkun qed tingħata lil dawk li jixtiequ kwotazzjoni għal Property Investment Loan biex dak li jkun jkun jista jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu mingħajr dewmien żejjed.

Larissa Ciantar, is-Senior Manager fuq Mortgage Lending ta’ MeDirect Malta, qalet, “Minn meta MeDirect nieda l-home loans, ftit aktar minn sentejn ilu, stabbilixxejna reputazzjoni għall-ipproċessar bla dewmien ta’ l-applikazzjonijiet li nircievu mill-klijenti u normalment fi żmien ta’ 2 jew 3 ġimgħat nkunu tajna r-risposta uffijali tagħna. Bħala l-ewwel bank diġitali f’Malta aħna nagħmlu kull sforz biex nimmassimizzaw il-benefiċċji tat-teknoloġija biex niżguraw li l-klijenti jkunu jistgħu jaċċessaw prodotti u servizzi faċilment permezz tal-app jew il-websajt tagħna. Dan l-impenn li jiġi pprovdut servizz faċli u effiċjenti, japplika wkoll għall-Property Investment Loan, li jagħti lill-investituri l-opportunità li jixtru l-propjeta bl-inqas dewmien possibbli.”

Li ssir sid ta’ propjeta huwa pass sinifikanti għal kull investitur li jeħtieġ ippjanar dettaljat. B’differenza mix-xiri ta’ dar residenzjali jew ta’ villeġjatura, jeħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni primarja lill-potenzjal tal-proprjetà mixtrija u li din tkun tista ttejjeb il-valur ta’ portafoll in ġenerali u fil-futur u li jkollha l-potenzjal li tiġġenera dħul. F’dan ir-rigward, il-Property Investment Loan ġie ddisinjat speċifikament għal dawk l-investituri li jixtiequ jiffinanzjaw self ġdid mid-dħul kurrenti tagħhom.

Ciantar żiedet tgħid, “MeDirect qed ikompli jniedi prodotti ġodda u nnovattivi fis-settur tas-self ghax-xiri tal-proprjetà fis-swieq fejn jopera. F’sentejn biss kabbarna l-portafoll totali tagħna ta’ home loans, bħala grupp, għal aktar minn €2 biljun. Il-Property Investment Loan huwa prodott innovattiv f’Malta u huwa pass iehor biex MeDirect isir l-għażla awtomatika għal dawk li jixtiequ jixtru proprjetà bħala investiment bil-wegħda li l-applikazzjonijiet għal self tagħhom jiġu pproċessati fi żmien qasir.”

Aktar informazzjoni dwar il-Property Investment Loan ta’ MeDirect tinsab fuq https://www.medirect.com.mt/property-investment-loans/