Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna fil-parlment li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jassumi r-responsabbiltà għall-elemnti politiċi u kriminali li jirriżultaw f’dan il-każ.
Karol Aquilina qal li l-parlament qed jibdel l-istanding orders wara dak li seħħ fil-parlament fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn. Hu kompla li għalhekk se jitkellem fuq l-iskandlu tat-tliet sptarijiet minn Joseph Muscat u Robert Abela.
Id-deputat Nazzjonalista qal li t-tilet rapport tal-Awditur Ġenerali jikkudanna totalment l-għoti tat-tliet sptarijiet lil Vitals u Stewards u dak li wettaq Robert Abela f’dan il-każ.
Id-deputati Laburisti huma kollha frodisti li vvutaw biex Vitals u Stewards jngħataw il-miljuni. “Intom mhux biss frodisti iżda l-akbar frodisti”, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li d-deputati Laburisti kienu jafu b’dawn il-frodi iżda baqgħu jivvutaw favur.
Karol Aquilina qal li mir-rapport tal-Awditur Ġenerali jirriżulta li meta laħaq Robert Abela Prim Ministru, jumejn wara, Chris Fearne kien appuntat Deputat Prim Ministru u Clyde Caruana Ministru tal-Finanzi.
Sitt ijiem wara, fil-21 ta’ Jannar 2020, id-Deputat Prim Ministru mar fil-Kabinett immexxi minn Robert Abela u talab li Steward jingħataw maħfra. Robert Abela u l-ministri kollha tal-Kabinett ivvutaw biex Steward jingħataw maħfra oħra.
Skandlu ieħor kien li matul is-sena 2020, l-ewwel sena li fiha kien Prim Ministru Rpbert Abela, il-gvern ħallas €49 miljun lil Steward. L-NAO sab li fl-2020, Steward għamlu €6 miljuni profitt u żammewhom għalihom.
Fil-15 ta’ Frar 2021, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana marru quddiem il-kabinett u talbu li minn flus il-poplu jitħallas €25 miljun addizzjonali lil Steward. Il-Kabinett approva din it-talba. Tant kienet urġenti din it-talba, li erbat ijiem wara, il-gvern iffirma u ħallas dawn il-€25 miljun.
L-ikbar skandlu hu fil-ħlasijiet li rċevew Vitals u Steward liema flus ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema. Dan meta l-gvern kien qed jgħid li l-ammonti jinkludu l-pagi. Kienu qed jigdbu; inkluż fl-aħħar diskors tal-budget. Mill-2016 sal- 2021 il-gvern ħallas €168 miljun li ma jinkludux il-pagi. Il-flus ivvutati jammontaw għal iktar minn €410 miljun.
L-ex Prim Ministru Joseph Muscat, bejn l-2016 u l-2019 tħallsu €128 miljun waqt li taħt Robert Abela ħallsu €280 miljun. Għalhekk Robert Abela hu kompliċi f’dak li sar u kien jaf li dan hu ħażin u li dan hu frodi. F’ittra minn Steward fl-2021, lill-Prim Ministru qalulu li l-kuntratt ma’ Vitals hu frodi u li se jkun hemm konsegwenzi kriminali. Il-Prim Ministru kien ikkundannat mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali għaliex ħallas €280 miljun u nstab ħati mill-Awditur Ġenerali.
Issa jeħtieġ tintrefa’ r-responsabbiltà kriminali u r-responsabbiltà politika minn min qed imexxi l-pajjiz; il-Prim Ministru Robert Abela, sostna Karol Aquilina.
//= $special ?>