Lokali

Robert Abela qed iqarraq – PN

Ritratt: Matthew Tabone

Robert Abela jipprova jgħatti xturu billi jġiegħel lid-Deputati tiegħu jgħidu li m’għandux x’jaqsam mal-iskandlu tal-għoti tal-isptarijiet.

Imma qed iqarraq għax qed jipprova jnessi li hu kien il-Konsulent Legali tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Qed iqarraq għax qed jipprova jnessi l-patt imxajtan ma’ Joseph Muscat biex ikun il-kontinwità tiegħu.

Qed iqarraq għax qed jipprova jnessi li kemm ilu Prim Ministru ta €280 miljun lil ta’ Steward.

Robert Abela qed jigdeb lill-poplu Malti u Għawdxi. Għalhekk l-akbar frodi hi akbar milli kulħadd kien qed jaħseb.