Il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ tat bidu għal terminu ġdid għall-Ferġħa taż-Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN).
Il-Bord Eżekuttiv se jkun magħmul minn 15-il membru, li 8 minnhom ġew eletti għallewwel darba. Din ir-riġenerazzjoni żgur se jkolla effett pożittiv, partikolarment sabiex tgħin lill-MŻPN iżomm mentalità innovattiva. Dan filwaqt li s-seba’ membri li reġgħu ġew eletti se jkunu essenzjali sbiex jgħaddu l-esperjenza siewja li kisbu s’issa fi ħdan l-MŻPN.
Miriana Calleja Testaferrata de Noto ġiet eletta bħala l-ewwel President mara talMŻPN u se tkun qed tmexxi tim dinamiku ta’ membri dedikati, bl-għan li tassigura li ż-żgħażagħ ikunu fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista, bl-MŻPN bħala pjattaforma b’saħħitha fejn ikunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.
Thomas De Martino ġie fdat bl-irwol ta’ Viċi President għall-Affarijiet Esterni u Kevin Curmi se jservi bħala l-Viċi President għall-Affarijiet Interni.
Jean Paul Barbara ġie appuntat bħala s-Segretarju Ġenerali u se jkun qed jaħdem id f’id mal-Assistenta Segretarja Ġenerali, Nicole Portelli. Frederick Aquilina se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ teżorier.
Għal darb’ oħra, Thomas Mizzi se jservi fl-irwol ta’ Koordinatur għal Għawdex sabiex ikompli jsaħħaħ ir-rappreżentanza taż-żgħażagħ Għawdxin filwaqt li Nicole Zammit se tkun qed tokkupa il-kariga ta’ Uffiċjal tar-Riżorsi Umani.
Alexander Jacobsen se jokkupa l-irwol ta’ Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi u Karen Scerri se sservi bħala Uffiċċjal tal-Midja Soċjali.
Miirko Sant u Kyle Mifsud se jokkupaw il-karigi ta’ Uffiċċjal tal-Attivitajiet u Uffiċċjal talLoġistika. Maria Farrugia se sservi bħala Uffiċċjal tal-Politika Soċjali u Enya Abela sew tokkupa l-Kariga ta’ Uffiċċjal Internazzjonali.
Andreas Juan Portelli se jkun qed jokkupa l-irwol ta’ Uffiċjal tal-Inklużività – pożizzjoni ġdida iżda essenzjali fi ħdan l-Eżekuttiv li żgur ser issaħħaħ l-għan tat-tim kollu sabiex verament ikun il-vuċi ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa.
L-MŻPN jixtieq jirringrazzja b’mod speċjali lill-Gabriel Micallef, li mexxa l-eżekuttiv preċedenti b’dedikazzjoni u impenn sabiex din il-fergħa tibqa’ effettiva.
B’tim ġdid magħmul minn individwi kapaċi u determinati, l-MŻPN qed iħares ’il quddiem lejn terminu produttiv fejn jistinka sabiex jilħaq kemm jista’ jkun laspirazzjonijiet taż-żgħażagħ u jkun sors ta’ djalogu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>