Ungeriża ta’ 36 sena u mara mill-Moldova ta’ 33 sena nżammu arrestati mill-Maġistrat Charmaine Galea wara li ġew mixlija fil-lejl ta’ bejn nhar il-Ħadd u t-Tnejn li għadda kkaġunaw feriti ħfief fuq uffiċjali tal-Pulizija. Zsanett Balzan, residenti l-Imġarr Malta u Marta Iavorscaia wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontihom f’żewġ każijiet mhux relatati u għalhekk tressqu b’mod separat.
L-Ungeriża Balzan, li mat-tressiq tagħha bdiet tibki u li rriżulta wkoll li għandha problema tal-alkoħol ġiet mixlija li kienet f’ħanut tax-xorb fis-sakra u bdiet taqla’ l-inkwiet fejn kien sid il-ħanut li ċempel lill-Pulizija. Hekk kif marru l-Pulizija l-affarijiet jidher lil kkalmaw, bil-Pulizija titlaq minn fuq il-post.
Madankollu ftit wara reġa’ għamel kuntatt mal-Pulizija minħabba li skont hu bdiet taqla’ l-inkwiet u ddejjaq lil dawk preżenti. L-Ispettur Ryan Vella li ressaq lil Ungeriża qal li l-akkużata kienet fis-sakra u ma kinitx kapaċi tieħu ħsieb tagħha nnifisha, li ma obdiet l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, li bdiet tirrifjuta tagħti l-informazzjoni dwarha lill-Pulizija, li attakkat u rreżistiet bi vjolenza lill-istess uffiċjali tal-Pulizija u li kkaġunat fetiti ħfief fuq Surġent u żewġ Kuntistabbli.
Zsanett Balzan ġie mixlija wkoll li kisret il-apċi pubblika, li naqset li tħares il-kundizzjonijiet tal-pleġġ fuq każ ieħor u li saret reċidiva. Tul it-tressiq tagħha l-mara baqgġet tolfoq u tibki fejn l-Avukat difensur tagħha, Marco Giliberti talab għall-pleġġ fid-dawl tal-fatt li huma Pulizija ix-xhieda ewlenija f’dan il-każ u li Balzan għandha żewġ ulied.
Saret oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni dwar dan minħabba li hemm persuna pajżana li trid tixhed, il-fatt li l-każ huwa wieħed serju u li l-mara diġa kkommettiet reati simili ftit taż-żmien ilu. Hawn il-Maġistrat Galea staqsietha fejn kienu t-tfal waqt li hija kienet qed tixorb, bit-tweġiba tal-akkużata tkun li kienu ma’ ħabiba tagħha, kif kienu dak il-ħin li kienet qed titressq il-Qorti u li anke hi kellha tiġborhom mill-iskola.
Wara tressqet Marta Iavorscaia, li ġiet mixlija li wkoll fil-lejl ta’ bejn nhar il-Ħadd u nhar it-Tnejn kienet aggressiva mal-Pulizija, u dan fi Vjal il-Ħelsien ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Hija ġiet akkużata wkoll li ferit ħafif kunttisbbli tal-Pulizija mara u li kisret il-paċi pubblika
Ġiet mixlija wkoll li ma obdietx l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li ma ħallithomx jaqdu dmirhom u saret talba għal ordni ta’ protezzjoni, li ntlaqet fil-konfront tal-Pulizija, li kkommettiet reat waqt li kienet taħt ordni ta’ probation għall-perjodu ta’ tliet snin.
Għall-ewwel il-mara mill-Moldova kienet se tammetti l-akkużi miġjubin kontriha, imma meta l-Qorti spjegat li f’każijiet bħal dawn meta xi ħadd jirreżsiti Pulizija l-piena hija ta’ bejn is-sitt xhur u sentejn ħabs filwaqt li l-multa hi dik ta’ bejn l-4,000 u l-10,000 ewro, jew it-tnejn flimkien, hi ddeċidiet li twieġeb mhux ħatja, anken wara li kkonsultat mal-avukat tagħha.
L-Ispettur Roderick Aguis oġġezzjona għall-pleġġ mitlub mill-Avukat tal-mara Robert Galea u dan għax hi marret għand l-eks sieħeb tagħha fejn inqala’ xi parolo. Minn naħa tiegħu l-Avukat Galea qal li kien l-eks sieħeb tal-klijenta tiegħu li ċempillu u qallu biex jieħu ħsieb lil Iavorscaia, u dan jikklonferma li minkejja li m’għadhomx flimkien, xorta hemm ċera rispett.
Bħal fil-każ preċedenti d-difiża qalet li l-mara lesta li tobdi kull kundizzjoni li timponi l-Qorti jekk t-talba tal-pleġġ tintlaqa’. Il-Qorti daħlet fis-sigrieta (il-kamra tal-Maġistrat_ biex tiddeċiedi dwar il-ħelsien mill-arrest taż-żewġ nisa. Liema talbiet kienu miċuħda minħabba l-fatt li dan mhux każ iżolat u li t-tnejn ma joffrux il-garanziji u s-serħan tal-moħħ li se joqgħodu għal kundizzjonijiet imposti fuqhom.
//= $special ?>