Futbol Sport

Veterans Malta FA Trophy: Luxol u MFPA fis-semi finali

Luxol St Andrew’s u Malta Football Players Association għaddew għas-semifinali tal-Veterans Malta FA Trophy meta rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni.

MFPA għelbu lil Rabat Veterans 10-6 f’logħba milgħuba f’riħ qawwi u xita kontinwa.

Għal MFPA , Alexander Ribic skorja erba’ gowls filwaqt li Mark Barbara skorja tlieta go flimkien ma’ żewġ gowls ta’ Thomas Paris u gowl ta’ Carlo Mamo.
Għal Rabat Veterans skorja darbtejn Christian Muscat u gowl kull wieħed minn Darren Galea, Dylan Falzon, Timothy Zammit u Kevin Loughborough.
Referee tal-partita kien Reno Galea.

Luxol St Andrews għaddew għas-semi finali tal-kompetizzjoni wara li għelbu bl-iskor ta’ 3-2 lil Pieta’ Hotspurs.
Michael Galea kien il-protagonist għal Luxol meta skorja hat-trick b’Roderick Farrugia u Lawrence Vella li naqqsu l-iskor għal Pieta’.
Referee tal-partita kien Reno Galea.

Nhar it-Tnejn 22 ta’ Mejju jintlagħbu s-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni fejn Żejtun Red Stars jilagħbu kontra Birkirkara St Helen’s filwaqt li MFPA jilgħabu kontra Luxol St Andrew’s.