L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy tilef l-appell fir-rigward ta’ sentenza ta’ ħabs li weħel għall-korruzzjoni.
Dan wara li hu instab ħati b’li prova jikseb informazzjoni mingħand Imħallef ewlieni wara li hu kien spiċċa mill-Presidenza – bil-każ imur lura għall-2014.
Il-qorti tal-appell f’Pariġi deċidiet li Sarkozy se jkun jista’ jiskonta s-sentenza fid-dar tiegħu u fejn – bħala alternattiva għall-ħabs — irid jilbes tag li jindika l-movimenti tiegħu lill-awtoritajiet.
Fl-2021, Sarkozy, li għandu 68 sena, kien ikkundannat għal tliet snin ħabs (tnejn sospiżi) talli prova jinfluwenza lil imħallef f’każ separat.
Din hi l-ewwel darba li eks-President Franċiż ingħata sentenza ta’ priġunerija effettiva — bl- avukata tiegħu, Jacqueline Laffont, issostni li għandha tressaq appell ieħor lill-Qorti tal-Abrogazzjoni li hi fost l-ogħla awtoritajiet fi Franza.
//= $special ?>