Wara l-fatti xokkanti li ħarġu tul il-jum, kollox jindika li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat huwa implikat f’assoċjazzjoni kriminali b’rabta mal-ħadma tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet lill-privat.
Hekk stqarr il-President ta’ Repubblika Robert Aquilina meta llum waranofinhar indirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Qorti.
Huwa fakkar kif erba’ snin ilu Repubblika kienet fetħet inkjesta maġisterjali dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet… fejn illum erba’ snin wara qed joħroġ fid-deher kif Joseph Muscat kien imdaħħal f’sistema ta’ ħasil ta’ flus.
Robert Aquilina qal li quddiem dan kollu, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa għadu sieket, għadu ma ċaħad ebda informazzjoni li ġiet żvelata u waqqaf milli jiġu arrestati l-persuni involuti. Saħaq li dan kollu juri kemm Gafa huwa l-ikbar ostaklu kontra l-kors tal-ġustizzja f’pajjiżna.
Repubblika flimkien mal-Avukat Jason Azzopardi resqet rikors fl-atti tal-inkjesta maġisterjali dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet fejn qed titlob biex il-fatti li kienu ppubblikati mit-Times u The Shift News jiġu inklużi bħala parti mill-injesta maġisterjali. Apparti dan Repubblika qed titlob ukoll li jiskatta mandat ta’ arrest kontra kull min ħa sehem f’dan id-deal skandaluż. Dan sabiex il-ġustizzja verament tieħu l-kors tagħha.
//= $special ?>