Lokali

AĠĠORNATA: Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga lil dawk kollha involuti

Aktar kmien illum, tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-PN biex jiddiskuti l-aħbarjiet straordinarji tal-aħħar sighat. Dan b’rabta, b’mod partikolari, mal-iżviluppi relatati ma’ Vitals u Steward.

Il-laqgħa tmexxiet mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

Fid-dawl ta’ dak kollu żvelat, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista appoġġja t-talba biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil dawk kollha involuti f’dan il-ftehim u qed jistenna x’responsabbiltà politika se tintrefa’ dwar dak kollu li qed iseħħ.