Internazzjonali

Il-Bidliet fil-Klima: It-threshold tas-sħana għandu jinqabeż għall-ewwel darba fl-istorja

Ix-xjenzati qed ibassru li d-dinja għandha tgħaddi minn sitwazzjoni fejn il-limitu tas-sħana jitla sa livell storiku u li mistenni jsir fi spazju ta’ ftit snin.

Dan meta hemm ċans ta’ 66 fil-mija li d-dinja taqbeż il-limitu ta’ 1.5 gradi Celsius stabbilit bħala kejl għall-global warming bejn issa u l-2027.

Il-linja ta’ 1.5  gradi Celsius tissimbolizza n-negozjati għall-kontroll tal-bidliet fil-klima, bil-pajjiżi jaqblu biex jillimitaw iż-żidiet fit-temperaturi tad-dinja skont il-ftehim storiku ta’ Priġi dwar il-klima li ntlaħaq fl-2015.

Iżda l-limitu mistenni jinqabeż minħabba l-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-bniedem u l-fenomenu tat-temp ‘ El Nino’  li mistenni għal matul is-sajf. Jekk it-threshold jinqabeż, dan ifisser li s-sħana fid-dinja tkun żdiedet b’1.5 gradi Celsius fuq il-livell matul it-tieni nofs tas-Seklu Dsatax u qabel ingħatat spinta lill-industrijalizzazzjoni fuq skala kbira li baqgħet tikkaġuna l-emissjonijiet.